Is-sena li għaddiet kienu rrappurtati 34 serqa li saru minn knejjes jew minn istituzzjonijiet reliġjużi, postijiet li wieħed rari jassoċja ma’ serq. Ħafna minn dawn is-serqiet kienu ta’ oġġetti personali ta’ nies li żaru dawn il-postijiet.
Is-serqiet saru kollha f’Malta ħlief għal każ fl-2003 u tlieta oħra s-sena li għaddiet li saru f’Għawdex.
F’ħames snin saru 126 serqa minn knejjes u postijiet oħra reliġjużi b’medja ta’ 25 serqa fis-sena. Is-sena li għaddiet kienet l-iktar waħda għolja fejn jidħlu dawn it-tip ta’ serqiet li qabżet l-ogħla rata tas-sena 2003 b’10 serqiet.
Wieħed irid iżomm f’rasu li l-każijiet huma biss dawk irrappurtati. Jista’ jkun li hemm ħafna aktar serqiet li ma jiġux irrappurtati għax il-valur ta’ l-oġġett ma jkunx għoli.
Fil-Mistoqsija Parlamentari l-Ministru Tonio Borg qal li “dwar il-valur globali irrappurtat misruq għal kull sena ninsab infurmat li din ma tinżammx taħt forma kompjuterizzata. Ta’ min jgħid ukoll li mhux kulmin jagħmel ir-rapport jikkwantifika l-valur ta’ l-oġġetti irrappurtati misruqa.”
Wenzu Mintoff
GonziPN
Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.