MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Proposta l-abolizzjoni tal-patio heaters

Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt

Il-Membri Parlamentari Ewropej ħeġġew lill-Kummissjoni biex tibda proċess ħalli jitneħħa mis-swieq Ewropej apparat li jitfa’ emissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-atmosfera fosthom l-umbrellel heaters li jintużaw fuq barra mill-bars u l-ħwienet tal-kafè.
Din it-talba bdiet fuq suġġeriment tad-deputat Liberal Demokratika Ingliża Fiona Hall u sabet l-appoġġ ta’ 592 Membru Parlamentari. Kienu biss 26 li ivvutaw kontra u 30 li astjenew.
Iż-żewġ deputati Maltin preżenti għal din il-votazzjoni, Louis Grech u John Attard Montaldo qablu mal-proposta ta’ Hall.
Is-suġġeriment ta’ Hall twieled mill-preokupazzjoni dwar iż-żieda ta’ emmissjonijiet fl-arja minn apparat bħal fridges, televixins kif ukoll l-umbrelel heaters magħrufin bħala patio heaters, fost l-oħrajn. Waħda mill-proposti tħeġġeġ biex apparat eletrroniku ma jkollux bozza li tibqa’ mixgħula meta l-apparat ikun stand by għax dan iwassal għal ħela ta’ enerġija bla bżonn.
Il-patio heaters tqiesu bħala lussu li nistgħu ngħaddu mingħajru. Nies li jiffrekwentaw ħwienet tal-kafè u ristoranti fil-miftuħ japprezzaw il-kumdità tal-patio heaters u s-sħana li jitfgħu. Iżda ftit tiġihom f’rashom li sakemm qed igawdu mis-sħana tal-heater ikunu wkoll qed jikkontribwixxu għat-tniġġis ta’ l-arja.
Importatur li jġib il-patio heaters qal lil din il-gazzetta li d-domanda għalihom naqqset f’dawn l-aħħar snin għax min kellu jixtri diġà xtara. “Fl-ewwel snin li daħħlu fis-suq imxew għax kienu innovattivi u swew tajjeb għan-negozju. Kull patio heater jaħli ċilindru gass tal-25kg fil-ġimgħa, b’użu ta’ madwar sitt jew tmien sigħat kuljum,” sostna l-importatur meta staqsejnih fuq kemm jaħlu.
Biex tibda titranġa s-sitwazzjoni fil-klima, il-Parlament Ewropew qed jimmira li sa l-2020 minn ta’ l-inqas 20 fil-mija ta’ l-enerġija tkun ġejja minn sorsi alternattivi biex jitnaqqas il-ħruġ ta’ gass li jagħmel il-ħsara.
Il-Parlament Ewropew laqa’ l-proposta ta’ Hall biex jibda jsir energy labelling fuq dawn il-prodotti.
Rappreżentant tal-għaqda mhux governattiva Friends of the Earth, Martin Galea qal li “il-bidla tal-klima hu fenomenu li jaffettwa lil kull wieħed u waħda minnha, u fis-snin li ġejjin irridu naddattaw l-istil ta’ ħajjitna biex naċċertaw li l-emmissjonijiet tal-karbonju jitnaqqsu b’mod effettiv.”
Galea qal: “Il-patio heaters jaħarqu ammont disproporzjonat ta’ karbonju u minħabba f’hekk jista’ jkun li jkollna nħalluhom warajna fil-mixja għall-iżvilupp. Iżda kull attentat biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet irid isir f’qafas ta’ pjan sħiħ. Ma jkunx jagħmel sens li nidentifikaw oġġetti partikulari u nneħħuhom mis-suq meta jista’ jkun hemm oħrajn li jagħmlu ħsara daqshom li jibqgħu jiċċirkulaw.”

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan