MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

“Is-Sirens jista’ jagħlaq jekk ma jitranġax hemm”

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Ir-rebbieħa tal-waterpolo tal-league tax-xitwa tas-sena li għaddiet u tan-knock out ta’ l-2006 spiċċaw mingħajr klabb wara li l-Grigalata tax-xahar li għadda ġarret biċċa sew mill-pixxina u ta’ madwarha l-baħar.
Min joqgħod fl-inħawi tat-Torri ta’ San Pawl
il-Baħar ilu xhud għal dawn l-aħħar ġimgħat ta’ l-istraġi li ħalla l-maltemp warajh, fosthom pjanċi tal-konkrit maqsumin li jinsabu f’qiegħ il-filtration plant, il-wiċċ tal-madwar tal-pixxina kollu maqlugħ li wisq probabbli ġarru l-mewġ f’qiegħ
il-baħar, il-ħadid tal-klabb maqlugħ mill-konkrit kif ukoll deckchairs ‘mormija’ taħt il-pjanċi tal-konkrit.
Din hi t-tieni daqqa ta’ ħarta li l-klabb tal-waterpolo tas-Sirens qed jaqla’. F’Diċembru ta’ l-1988 maltempata iktar qawwija ġarret il-klabb kollu l-baħar bit-tazzi li kienu rebħu b’kollox.
Biex jergħu jibnu l-klabb l-ispiża għall-istat kif kien sal-bidu ta’ Jannar li għadda kienet telgħet għal €450,000 (Lm193,185).
“L-ispejjeż tal-ħsara ta’ l-aħħar maltempata jammontaw għal madwar €65,000 (Lm27,904.50) li tinkludi tibdil ta’ apparat tal-għawm u l-waterpolo, ħsara fil-filtration plant u ħafna mill-piping tagħha, tindif tal-materjal goff li waqa’ fiż-żewġ pixxini kif ukoll it-tindif tar-reservoir minn ammont kbir ta’ materjal u s’intendi spejjeż strutturali,” spjega l-President tal-klabb Lino Vella.
Il-President żied jgħid li l-bar u r-ristorant huma nxurjati kontra l-maltemp iżda għall-pixxina qatt ma sabu assigurazzjoni ħlief ta’ indemnità (jekk iweġġa’ xi ħadd) għal waqt l-istaġun tas-sajf minħabba li tinsab f’riskju għoli ta’ ħsara.
“Fondi m’għandniex żgur. Il-flus li niġbru mill-membri u mill-isponsors imorru biex inħallsu lill-plejers. Il-problema mhix il-ħsara li tara biss imma meta tibda taqla’, bħal qiegħ tal-pixxina. Bħalissa qegħdin niltaqgħu biex naraw kif se nibdew, kif se nġibu l-flus u lil min se nqabbdu,” qalet is-Segretarja tas-Sirens, Maria Grixti, li kompliet titkellem dwar l-inkwiet li għandu l-klabb biex iġib
il-fondi.
“Fix-xitwa dejjem nitħarrġu fil-Pixxina Nazzjonali.
Il-problema fis-sajf għax il-flus jiġu minn hemm. Jekk ma jitranġax hemm is-Sirens jista’ jagħlaq. Anki l-bar ma tistax tgħaddih fl-istat li qiegħed.”

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan