MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

L-ebda sorpriża fil-kandidati tal-MLP

Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista nhar il-Ġimgħa approvat is-70 kandidat tal-MLP għall-elezzjoni ġenerali mingħajr kandidati sorpriża fil-lista li tinkludi wkoll seba’ nisa.
Minkejja spekulazzjoni qawwija li isem Marlene Mizzi seta’ kien fuq il-lista, l-eks chairman tas-Sea Malta mhix se tkun kandidata mal-MLP.
Madankollu, bħalma hi l-użanza kulmeta toqrob elezzjoni, il-konferenza ġenerali nhar il-Ħamis li għadda tat lit-tmexxija tal-partit id-dritt li tinnomina kandidati fl-aħħar minuta.
Alfred Sant se jkun qed jikkontesta fuq l-istess żewġ żewġ distretti bħas-snin l-imgħoddija, jiġifieri l-Ewwel u t-Tmien Distrett.
Din se tkun l-ewwel darba mill-1996 li mhux se jkun hemm konfront dirett bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti l-kbar. Sa l-2003 il-konfront klassiku kien ikun fuq Birkirkara fejn Eddie Fenech Adami u Alfred Sant.
Id-Deputat Mexxej Michael Falzon se jikkontesta fuq it-Tieni u l-10 Distrett filwaqt li d-Deputat Mexxej l-ieħor, Charles Mangion se joħroġ fuq ir-Raba’ u s-Sitt Distrett.
Fuq it-tielet distrett se jkun hemm l-ikbar kontestazzjoni interna għax se joħorġu 11-il kandidat. Min-naħa l-oħra, fil-11-il Distrett l-MLP se jkollu biss ħames kandidati.
Il-veteran Joe Debono Grech għal darb’oħra se jikkontesta fuq l-Ewwel u t-Tmien Distrett filwaqt li isem l-attur Narcy Calamatta jerġa’ jitfaċċa fuq
il-lista tad-Disa’ Distrett.
Fuq Għawdex l-MLP se jkollu sitt kandidati filwaqt li l-kirurgu Anthony Zammit li opera fuq Alfred Sant, se jikkontesta fuq il-Ħames u s-Seba’ Distrett.
Fost il-kandidatura tal-MLP hemm ukoll numru ta’ uċuh ġodda ewlenin fosthom bin l-eks ministru Laburista Joe Micallef Stafrace, Simon, u bin l-eks deputat Laburista, illum maġistrat, Philip Sciberras, Alex. Simon Micallef Stafrace se jikkontesta fuq l-Ewwel Distrett filwaqt li Alex Sciberras se joħroġ fuq id-Disa’ Distrett li jinkludi l-Imsida fejn hu sindku.

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan