MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

“Ħalliehom ħa jiġġieldu...”

Fuq belà tè u żewġ pastizzi, Sabrina Agius tintasab il-Crystal Palace fir-Rabat, magħruf bħala tas-Serkin, u titkixxef ftit x’jaħsbu n-nies dwar l-elezzjoni

Għada m’għaddietx ġimgħa minn meta Lawrence Gonzi ħabbar l-elezzjoni u anki jekk il-kampanji politiċi diġà bdew jirrankaw il-borma għada mhux qed tbaqbaq.
Meta nintefa’ fuq l-ewwel mejda ninduna li ż-żewġt irġiel ħarsu lejja b’ċertu xettiċiżmu.
Biex nikser is-silġ nistaqsihom x’jaħsbu fuq l-elezzjoni. Sħun sħun jaqbeż wieħed jgħidli “għada ma saħnitx il-qiegħa.” Bilkemm nilħaq inlissen kelma oħra li ma jgħidlix dak li jaħseb dwar is-sitwazzjoni politika f’Malta.
“Jien m’għandi xejn minn ħadd imma l-Gvern li għandna ilu 20 sena u li kieku ried jipproponi xi ħaġa kellu ċ-ċans,” jgħidli.
Kif inkun fiż-żifna nistaqsih x’jaħseb dwar il-proposta tal-Labour biex ma jkunx hemm taxxa fuq is-sahra. Minħabba t-tip ta’ xogħol li jagħmel jaqbel magħha għax ikun jaqbillu. Nistaqsih ukoll x’jaħseb dwar il-proposta ta’ Gonzi li jwessa’ il-faxex tat-taxxa. “Ma nistax nikkummenta għax ma segwejtx dak li qal Gonzi.”
Nitkellem ma’ Carmel Farrugia, pensjonant mir-Rabat. L-iktar importanti għalih, ikun hemm min ikun hemm fil-Gvern, li min jitla’ “jagħmel il-ġid u nibqgħu għaddejjin.Wieħed jgħidlek mod u l-ieħor jgħidlek mod ieħor. Lil min taqbad temmen?” ikompli jgħidli Carmel. Skond hu “hemm bżonn jinbidel naqra l-Gvern.”
Ngħaddi għall-mejda li jmiss u quddiemi nsib lil Tony. Jilqagħli minn qabel: “X’se tistaqsini fuq l-elezzjoni? Xi trid taħseb? Mhemm xejn sewwa, u korrotti kollha kemm huma,” jinsisti miegħi meta nistaqsih x’jaħseb.
Nistaqsih jimpressjonax ruħu bil-billboards u jekk jarahomx effettivi. “Il-billboards naqbel magħhom għax hemm min jaqla’ lira minnhom. Iktar napprezza nara ħajt tas-sejjieħ għax isbaħ u stages bħalma kienu qabel, mhux dawn ix-xeba ħġieġ u aluminium. Jien inħobb art twelidi u rrid kollox kif kien,” iweġibni b’nostalġija għal Malta ta’ żmien ieħor.
Sakemm qed jirrispondini nisma’ kumment ġej minn warajja. “Dażgur, dejjem l-istess wieħed jaqlagħha l-lira imma ta’.”
Sakemm qed nitkellem ma’ Tony jaqbeż xi ħadd minn warajja u b’leħen sod jgħidli: “Taf x’naf? Li taħt Gvern Nazzjonalista kelli kumpanija u kelli ngħalaqha. Kelli 16-il ruħ jaħdmu miegħi.”
Ma riedx jgħidli x’jismu u nibda nsejjaħlu Joe. Ma jiddejjaqx iqerr miegħi li “kienu jaħdmuli overtime u ma kontx niddikjarah ħalli ma jinqabdux bit-taxxa. Issa l-Labour qed jipproponi li s-sahra ssir mingħajr taxxa. Kif nista’ ma naqbilx ma’ dik il-proposta?”
Għal Joe, Gvern Laburista fil-Gvern ifisser trasparenza. “Taħt il-Labour din hi d-differenza, li hemm it-trasparenza.”
Mal-ħajt ninnota posters ta’ kandidati differenti. Niskopri li l-kandidati tal-lokal iwaħħlu l-posters bl-attivitajiet tagħhom bħal sparaturi, coffee mornings u dinner dances.
Sakemm qed nitkellem man-nies iserħuli rasi li għalkemm hemm min iżomm ma’ l-aħmar u min iżomm
mal-blu, xorta kollha ħbieb u jirrispettaw l-ideat ta’ xulxin. Immur fuq mejda oħra. Sakemm qed inġib il-kummenti tiegħi ninnota nies differenti deħlin u ħerġin. Nibda nitkellem ma’ Johnny Galea. Kburi, jgħidli li hu pensjonant attivist Laburist. Nistaqsih jaħsibx il-Labour għandhomx ċans jirbħu u x’jaħseb dwar il-proposti tal-partit.
“Għandu ċans kbir jitla’ l-Labour. Ta’ l-overtime naqbel magħha. Naħseb li fl-edukazzjoni mmorru aħjar ukoll. Din tas-social services gidba li mhux tajba. Mhux vera se mmorru għall-agħar. Kif jista’ jkun imur għall-agħar jekk hu l-Gvern tal-ħaddiem? Fl-infrastruttura naħseb ukoll immorru aħjar.”
Itennili minn taħt, li faċċata tiegħi, daħal wieħed tal-blù. U ndur fuqu mill-ewwel. Qlajtielu l-imqareb tar-Rabat għax innutajt li jaqbad jiċċajta ma’ kulħadd. L-idea tiegħu ċara: “Ħallihom ħa jiġġieldu. Hemm 65 ħalliel hemm. Dawn jitgħajru imbagħad imorru jieklu flimkien. Aħna l- ħmir għax noqogħdu niġġieldu.”
Qabel ma’ nitlaq inkellem ftit lil Martin tas-Serkin. Bniedem umli u ta’ ftit kliem. “Hawnhekk nies tal-kaċċa u l-insib issib. Dak hu d-delizzju tagħhom. Taqtagħlhom id-delizzju tagħhom taqtalhom kollox.”

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan