Il-maniġment teatrali ħabbar li Maestro Brian Schembri, konduttur u pjanist, ingħaqad mat-Teatru Manoel. Hu se jkun il-konsulent fil-mużika u se jkollu rwol attiv f’dik li hi għażla u programmazzjoni ta’ mużika fit-Teatru.
Brain Schembri beda l-istudji tiegħu taħt missieru Carmelo u minn kmieni beda jdoqq fuq it-telexivin u r-radju u jagħti kunċerti fi swali pubbliċi.
Fil-karriera tiegħu Schembri kien surmast ta’ bosta orkestri importanti. Dan l-aħħar laħaq Kap Konduttur ta’ l-Orkestra Filarmonika ta’ Franza u l-Orkestra Metropolitana ta’ Lisbona. Bħalissa hu wkoll id-Direttur Artistiku u Konduttur Priniċipali ta’ proġett orkestrali li għandu l-għan li jiżviluppa prattiċi orkestrali u li jippromwovi solisti u ġenerazzjoni ġdida ta’ kompożituri.
Minbarra l-kunċerti ta’ pjanu f’Malta, fl-Italja, fi Franza, fl-Ukrajna, fl-Isvizzera, fir-Russja u fir-Renju Unit, hu ħareġ cd piano recital ta’ tliet sonati kbar ta’ Beethoven, Schubert u Rachmaninov u cd’s oħra ta’ xogħlijiet minn Charles Camilleri mal-Bournemouth Symphony Orchestra u r-Royal Scottish National Orchestra.
Missa Sancte Joseph
Unur lill-kompożitur Giuseppe Fenech
Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Frar se jsir kunċert tal-quddiesa solenni Missa Sancte Joseph u mużika sagra oħra ta’ Giuseppe Fenech fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Missa Sancte Joseph instemgħet għall-ewwel darba fil-Parroċċa tan-Naxxar fl-1 ta’ Ġunju 1980. Hi xogħol ta’ ispirazzjoni għolja, melodija sostenuta u armonija attraenti li tagħmilha waħda mill-aqwa xogħlijiet sagri Maltin tat-tieni nofs tas-Seklu 20.
Fil-kunċert jieħdu sehem is-solisti Andrew Sapiano, Charles Vincenti, Joseph Aquilina, Albert Buttigieg, Alfred Camilleri, Kevin Caruana u Anthony Montebello. Magħhom jieħdu sehem ukoll il-korijiet Collegium Musicuum immexxi minn Mro Dion Buhagiar u Jubilate Deo immexxi minn Mro Chris Muscat.
Il-mużika hi f’idejn l-Orkestra Nazzjonali mmexxija minn Marcelline Agius. Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Chris Muscat u għandu l-għan li jonora lil Mro Fenech f’għeluq id-90 sena tiegħu.
Il-kunċert hu taħt il-Patroċinju tal-Ministru tal-Kultura Francis Zammit Dimech. Hu miftuħ għal kulħadd, jibda fis-7pm u mistenni li jdum madwar siegħa.
Wenzu Mintoff
GonziPN
Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.