Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67 Biex jingħataw postijiet tal-Gvern Kanvaser ta' Gonzi mitluba tagħti parir Julia Farrugia Din il-gazzetta tista' tiżvela li Charmaine Gerada, kanvaser tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u kunsilliera tal-PN fl-Isla, intgħażlet biex tagħti parir f'laqgħa li matulha tqassmu 22 post f'isem id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali. Jirriżulta li l-postijiet kollha, ħlief tnejn, ingħataw fil-Kottonera li tagħmel parti mit-Tieni Distrett elettorali u li fih se jikkontesta Lawrence Gonzi. Iż-żewġ postijiet l-oħra kienu f'San Ġiljan u fil-Floriana. Min se jiffrankalna l-iktar taxxi? Kurt Sansone Il-proposti għal tnaqqis fit-taxxi li qed jagħmlu l-erba' partiti politiċi huma indirizzati primarjament lejn dawk is-setturi fil-popolazzjoni li huma l-iktar inklinati li jivvutawlhom. Sabrina Agius Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech ilbieraħ skuża ruħu maċ-Chairman ta' l-Alternattiva Demokratika Harry Vassallo wara l-kumment barra minn loku li għadda fuq it-tifel tiegħu. Ma fetħux inkjesta dwar il-lasta li waqgħet Julia Farrugia Il-Ministeru ta' l-edukazzjoni kkonferma ma' Illum li ma nfetħet l-ebda inkjesta dwar l-inċident ta' l-1 ta' Frar meta fl-iskola Primarja ta' Ħal Safi fil-Kulleġġ San Benedittu waqgħet lasta tal-futbol ħdejn numru ta' studenti. Ħadd mit-tfal ma' weġġa u b'xorti tajba kienet evitata diżgrazzja. L-AN trid lil kulħadd sinjur żgħir “Isma' minni tiħux il-qagħqa” – Joe Saliba lil Lawrence Gonzi Edizzjoni speċjali kuljum tal-MaltaToday Referenda lokali għall-proġetti ta' żvilupp – AD L-ebda sorpriża fil-kandidati tal-MLP “Is-Sirens jista' jagħlaq jekk ma jitranġax hemm” Mediċina tat-tirojde ilha tliet xhur out of stock
|
Intervista
|
Intervisti ta' qabel 03-02-08 27-01-08 20-01-08 13-01-08 06-01-08 23-12-07 16-12-07 09-12-07 02-12-07
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan