MediaToday

Ittri | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Wasal il-mument tal-verità

Minn Daniel Genovese,
Isla

Wara li fl-aħħar il-Prim Ministru ħabbar id-data ta’ l-Elezzjoni Ġenerali għal nhar is-Sibt 8 ta’ Marzu, iktar qiegħda tiżdied il-ħeġġa u l-entużjażmu biex jasal dak il-mument li naraw lill-Partit Laburista jmexxi lil pajjiżna.
Nhar it-8 ta’ Marzu l-poplu Malti kollu għandu d-dritt li b’mod demokratiku jtella’ Gvern li se jmexxi lil pajjiżna għal dawn il-ħames snin li ġejjin. Gvern li għandu jħares il-poplu kollu b’mod ugwali billi joffri s-serħan tal-moħħ, billi jiżgura li kullħadd ikollu moħħu mistrieħ li għandu post tax-xogħol, li kull ċittadin iħossu mħares minn dak kollu li jagħmel u li jkollu dinjità mistħoqqha fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-Maltin u l-Għawdxin kollha qed jagħrfu li għal dan kollu hemm partit wieħed li jista’ joffrilhom ilkoll f’daqqa.
Ix-xogħol, il-ħarsien u d-dinjità huma tliet fatturi li l-Partit Laburista ilu jisħaq fuqhom għal dawn l-aħħar snin. Wasal iż-żmien li pajjiżna jkollu Gvern li jixraqlu. Gvern li jqis lil kulħadd indaqs mingħajr ebda distinzjoni.
Il-lokal tagħna ta’ l-Isla se jkollu elezzjoni doppja minħabba li se ssir ukoll l-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali. Hawn ukoll il-Partit Laburista jista’ jkollu bidu ġdid u jagħmel id-differenza. Hemm bżonn li kull Senglean iħares lejn l-interess tal-lokal tiegħu u jara f’idejn min jista’ jafda beltna għal dawn it-tliet snin li ġejjin. Trid toħroġ l-enerġija, il-ħeġġa u l-entużjażmu tal-kandidatura qawwija li se jkun qiegħed joffri l-Partit Laburista fil-Lokal tal-Isla.
Kif darba qal xi ħadd, “iġġudikaw fuq dak li għamilna”. Jien hekk inħeġġeġ lis-Sengleani u l-Maltin kollha, biex jiġġudikaw fuq dak li għadda.
Għalhekk l-ewwel u qabel kollox kulħadd għandu jagħżel Labour bħala soluzzjoni għall-ġid tagħna u ta’ uliedna.

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan