MediaToday

Ittri | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Cachia Caruana għandu xi jwieġeb

Minn Edward Decelis,
Segretarju Ġenerali,
Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti,
Mosta

Jekk hemm xi ħadd li għandu jwieġeb għall-inkwiet bla bżonn li ddaħħlu fih intortament il-kaċċaturi u n-nassaba hu Richard Cachia Caruana.
Hu l-perċimess fin-negozjati li kienu saru bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea.
Għandu jirrispondi għall-konfront li ħolqot il-Kummissjoni mal-Gvern Malti issa dwar il-prattika tal-kaċċa u l-insib f’pajjiżna fl-istaġun tar-rebbiegħa.
Niftakar li waqt waħda mil-laqgħat li kienu jsiru tal-MEUSAC, il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti, kien issuġġerixxa biex waqt in-negozjar mal-Kummissjoni tintalab deroga għall-istaġun tar-rebbiegħa.
Filwaqt li għaqda oħra kollega ma qablitx ma’ dan għax kienet qalet li deroga hi għal ftit żmien biss, Joe Borg, dakinhar Ministru għall-Affarijiet Barranin, kien qal li jkun aħjar jekk inħallu l-bibien kollha miftuħin minflok li tintalab deroga. Dan qalu fil-preżenza ta’ Cachia Caruana.
Illum sirna nafu li din id-deroga kienet intalbet u ngħatat minkejja li ma kinitx tniżżlet fir-rapport li sar fi tmiem il-laqgħat tal-MEUSAC dwar il-kaċċa u l-insib.
Għalkemm il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti ma kienx qabel ma’ dan ir-rapport għandu d-dubji tiegħu jekk dan l-istess Rapport kienx ikkunsidrat fit-taħditiet dwar in-negozjati fuq l-ambjent li saru mal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Moviment jistaqsi lil Cachia Caruana fuq liema argumenti u punti ta’ referenzi oħra mar jinnegozja mal-Kummissarju għall-Ambjent.
Għaliex Malta ma daħlitx minn dawk il-bibien li tħallew miftuħin minn negozjaturi oħra Maltin?
Cachia Caruana għandu d-dmir li jispjega u jwieġeb il-mistoqsija: min daħaq b’min?

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan