MediaToday

Ittri | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Il-Karnival

minn Malcolm Schembri,
Ħaż-Żabbar

Għadna kemm iċċelebrajna l-Karnival. Imma l-preparazzjonijiet għalih ikunu ilhom li bdew ix-xhur, biex ma ngħidx sena qabel.
F’Malta huma l-voluntieri li jagħmlu l-Karnival fejn saħansitra joħorġu l-flus minn buthom biex dak li jagħmlu jirnexxi. Trid tkun verament tħobb il-Karnival biex tiddedika ħajtek għalih u mhux biss tqatta’ l-ħin tagħmel il-karrijiet jew il-maskaruni iżda wkoll tħit il-kostumi u tgħallem iż-żfin.
Illum il-Karnival m’għadux jiġi ċċelebrat il-Belt biss iżda anki f’numru ta’ bliet u rħula Maltin u Għawdxin. In-Nadur hu magħruf għall-ispontanjetà tiegħu u tieħu gost tinnota li għandu affiljazzjoni ma’ bliet oħra barranin li jiċċelebraw il-Karnival. Hekk sewwa u xieraq!
Li l-Karnival ma jibqax xi ħaġa lokali u insulari iżda titmexxa lil hinn minn gżiritna. Żgur li hemm x’nitgħallmu minn pajjiżi oħra u hu tajjeb li dawn il-pajjiżi jipparteċipaw fil-Karnival tagħna u aħna f’tagħhom ħalli tinkiseb dik l-esperjenza unika. Għaldaqstant għandha tkun imħeġġa iktar.
Ix-xewqa tiegħi li jitwaqqaf Villaġġ tal-Karnival u anki Mużew tal-Karnival fejn jintwerew oġġetti mill-imgħoddi u jsir studju profond fuq dan is-suġġett. Ma jistax ikun nibqa’ nisma’ li l-karrijiet wara li jgħaddi l-Karnival jitkissru għax mhemmx fejn jintrefgħu.
Ta’ l-anqas partijiet minnhom għandhom jintwerew b’mod permanenti. Pajjiżna ma jistax joqgħod jitlef l-istorja tiegħu għax aħna ma nkunux ħadna ħsiebha sew. Hemm bżonn issir xi ħaġa qabel ikun tard wisq. Din barra li tkun apprezzament għall-istorja tista’ tkun attrazzjoni turistika wkoll.
Permezz ta’ karru tista’ twassal messaġġ qawwi bil-ħila ta’ l-artist. Naħseb wasal iż-żmien li s-satira f’kull sens tiddaħħal fil-Karnival għax jitqanqal aktar interess. Jekk nemmnu tassew fil-Karnival u nixtiequ lkoll li jimxi ’l quddiem, irridu naħdmu qatigħ, iridu jsiru diversi tibdiliet neċessarji biex il-Karnival intejbuh u filwaqt li nindukrawh, inkomplu nxettluh bħala waħda mit-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna.

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan