MediaToday

Il Punt - Gino Cauchi | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Min bix-xabla jagħti

L-aħħar Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista kienet ikkargata aktar mis-soltu. Kienet l-aħħar Konferenza Ġenerali qabel l-Elezzjoni Ġenerali. Kienet l-ewwel konferenza qabel ma jsiru l-Elezzjonijiet Ġenerali f’realtà ġdida, jiġifieri Malta fl-Unjoni Ewropea. Kienet konferenza fejn id-delegati stennew bil-ħerqa lil Alfred Sant.
Rajt nies jibku. Rajt nies jitgħannqu u jifirħu. Kull partit għandu l-mumenti mimlija emozzjoni u eċċitament.
Naħseb li anke l-partitarji Nazzjonalisti kellhom mumenti bħal dawn. Kulħadd jifraħ u jitnikket fil-ħin u fil-mument li l-partit tiegħu ikun għaddej minn żmien sabiħ jew ikrah. F’dan il-każ għall-partitarji Laburisti kien żmien sabiħ għax fl-arja kienet bdiet tinħass sewwa l-fwieħa taż-zahar u ta’ l-inwar.
Tul iż-żmien l-affarijiet inbidlu, kultant b’mod radikali. Il-Konferenzi Ġenerali, la fil-Partit Laburista u lanqas f’dik Nazzjonalista, m’għadhomx li kienu. Il-kawża ta’ dan it-tibdil huma l-mezzi tax-xandir li jkunu dejjem preżenti kullimkien. Il-mezzi tax-xandir li dejjem jgħarrxu u jfittxu biex joħorġu bl-aħjar aħbar. Biex josservaw aktar, mhux biss il-kliem, iżda anke l-ilbies, id-dehra u l-ġesti tal-politiċi.
Il-mezzi tax-xandir, l-istampa u l-ġurnalisti joħolqu xbieha tiegħek li tista’ ma tkunx minnha iżda tibqa’ ma saqajk bħal balla tal-ħadid sal-kaxxa tal-voti. Tgħid kelma meta tkun trid tgħid oħra u hemm iċ-ċans li żball uman itellfek l-elezzjoni.
Jekk jaqblu miegħek iġibulek l-aħjar ritratt. Jekk le jġibuk bil-felul b’kollox. Mhux wisq importanti x’qiegħed tgħid iżda kif jixtiequ jpinġuk. L-ironija hi li l-libertà ta’ l-espressjoni u l-istampa, qiegħda tnaqqas mil-libertà ta’ ħaddieħor u l-fatti kollha ma jaslux għand il-qarrej.
Għalhekk illum il-politiċi tagħna huma terrorizzati b’mod li ġieli jkollhom jgħidu ħwejjeġ li ma jemmnux fihom. Diskors mhux aktar jitwassal b’mod spontanju u miftuħ, iżda jkun miktub, mifli u mżejjen bi frażijiet minn qabel.
Il-biża’ li tingħad xi kelma żejda jew mhux flokha u li kulħadd jaqbadlek magħha fl-ewwel faċċata jew fil-ftuħ ta’ l-aħbarijiet naqqset ħafna mis-sinċerità li biha għandu jkun mogħni kull politiku.
Bħalma għandna politiċi li jqarrqu, hemm dawk sinċiera li jaqgħu fis-skiet jew li jistgħu jkunu aktar sinċiera. Għalhekk hawn ċerta biża’ mill-mezzi tax-xandir, meta l-istampa u x-xandir suppost qegħdin hemm biex isaħħu t-trasparenza u jappoġġaw lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż u jagħmlu aktar kuraġġ lil politiku biex jgħidha kif iħossha.
Dan l-effett jinħass aktar meta jkollok żbilanċ demokratiku. Dan iseħħ meta jkollok ġurnali u mexxi tax-xandir li għalkemm ma jkunux proprjetà ta’ partit, xorta jkunu għamlu l-għażla tagħhom. F’dan is-sens hawn Malta l-Partit Laburista hu fi żvantaġġ anki jekk illum, ħdejn ilbieraħ, għandu mezzi aktar effettivi tal-mezzi tax-xandir tiegħu. Diġà hawn ġurnali li t-tajba tal-Partit Laburista minn mil iċċekknuh għal pulzier filwaqt li uqija tajjeb tal-PN jġebbduha għall-tunnellata.
Bil-movimenti li qegħdin isiru fix-xandir ta’ l-istat issa nistennew minn kollox. Il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS, għax-xhur li ġejjin, se tkun arsenal ta’ opinjoni u ġudizzji li m’għandix għalfejn ngħidilkom għal min se jkunu ta’ benefiċċju.
Tisma’ l-aħbarijiet u minflok nisimgħu l-fatti nisimgħu kummenti u opinjonijiet barra minn posthom. Il-ħasra hi li dawk li huma onesti f’xogħolhom, li minnhom hemm ftit li nafhom u li ħdimt magħhom, jispiċċaw jeħlu ma’ dawk li mhumiex. Għax-Xandir ta’ l-Istat ma kienx biżżejjed li kien hemm tal-Where’s Everybody jippumpjaw. Issa ddaħħlu jaħdmu, lebsin il-libsa ta’ ġurnalisti, persuni li kienu mdaħħlin sewwa fiċ-ċirku ta’ ġewwa tal-Partit Nazzjonalista.
Għalhekk f’dan ix-xenarju, il-partiti se joqogħdu attenti ħafna, x’jagħmlu u xi jgħidu fil-jiem li ġejjin, iżda l-aktar il-Partit Laburista. Naturalment dan joħloq xenarju, fejn il-Partit Nazzjonalista se jkun, għalkemm mhux ħieles għal kollox, (grazzi għal Gouder u sħabu), aktar ħieles mill-Partit Laburista, f’mumenti meta d-demokrazija tfisser li ż-żewġ partiti jkunu pari fil-libertà ta’ l-espressjoni.
Jidher ċar li f’dawn l-elezzjonijiet il-PN mhux se jkun qed jiġġieled bil-mezzi tax-xandir tiegħu biss. Iżda b’dik ta’ ħaddieħor ukoll. Per eżempju jien kont konvint minn ġranet qabel li l-elezzjonijiet se jsiru fit-8 ta’ Marzu għax telqet id-data gazzetta bl-Ingliż li llum saret qisha l-porta vuċi tal-Partit Nazzjonalista.
Smajt kemm-il darba deputati jilmentaw li jsiru jafu b’dak li se jagħmel il-gvern, mhux mill-Parlament iżda mill-gazzetti. Hekk kien il-każ tal-bejgħ ta’ ħafna kumpaniji tal-poplu. Ħafna jargumentaw li d-dibattitu veru qiegħed isir fil-gazzetti li huma fdati mill-Gvern u mhux fejn suppost għadhom isiru, jiġifieri fil-Parlament.
Jgħidu li l-pinna hi aktar b’saħħitha mix-xabla. Dan kollu hu minnu. Iżda jien inżid biċċa oħra: Sid ix-xabla joqtol lil min jaqbillu! Altru x-xabla ta’ Damokle u altru dik ta’ Erodi!
Min bix-xabla jagħti… mhux bil-fors bix-xabla jmut!

Gino Cauchi hu kandidat Laburista fuq ir-4 u l-10 Distrett

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan