Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
Fi żmien fejn pajjiżna mhux biss riesaq lejn elezzjoni ġenerali imma dieħel ukoll għaż-żmien
tar-Randan, l-isqfijiet wissew lill-politiċi biex ma jitilfux il-maturità politika kif ukoll talbu lill-poplu biex ma jonqosx mir-rispett lejn il-proxxmu minħabba diverġenzi politiċi.
L-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech,
fil-pastorali għar-Randan wissew li hemm bżonn li jkun hemm iktar maturità politika f’pajjiż demokratiku. Maturità politika tevita li jkun hemm attakki personali fuq individwi.
“Il-maturita politika titlob li d-dibattitu jkun iktar madwar l-argumenti u l-veduti milli madwar il-persuni,” sostnew l-isqfijiet.
Huma qalu li d-diversità tifforma parti mid-demokrazija u għandha tiġi rispettata. Iċ-ċokon ta’ pajjiżna ma jiflaħx li “nibqgħu nippolitiċizzaw kollox” jistqarru l-Isqfijiet.
L-isqfijiet esprimew ukoll it-tħassib tagħhom dwar it-tibdil fis-soċjetà fejn qed tisseddaq kultura li tpoġġi l-materjaliżmu fuq kull ħaġa oħra. L-isqfijiet wissew li dan qed iwassal biex iżid il-vojt f’kull individwu.
Id-diskors ta’ l-Isqfijiet ħeġgeġ biex żmien ir-Randan ikun żmien ta’ riflessjoni dwar dak li wieħed qed jagħmel b’ħajtu u b’hekk għandu japprofitta biex jersaq iktar lejn it-tagħlim nisrani u japplikah fil-ħajja ta’ kuljum.
Cremona u Grech imbagħad qabblu l-poplu Malti ma’ dak Lhudi. L-Isqfijiet jemmnu li pajjiżna għandu mixja twila sakemm jeduka ruħu u jerġa’ jkun fit-triq it-tajba.
“Aħna wkoll bħala Maltin u Għawdxin għaddejjin minn mumenti storiċi meta dak li dejjem emminna qed jgħaddi mill-għarbiel ta’ kif qed ngħixu bl-esiġenzi ta’ llum. Sikwit ninfixlu xi rridu u x’qed infittxu u ma nibqgħux naraw sens fil-fidi li rċevejna,” saħqu.
Huma biss il-valuri, skond l-Isqfijiet, li jistgħu jżommu lis-soċjetà fuq saqajha.
Is-servizz li qed toffri l-Knisja għal din is-soċjetà diżorjentata hu li tagħmel iktar kredibbli l-Evanġelju ta’ Kristu.
Li wieħed ikollu qalb ġeneruża
għall-isqfijiet mhux biżżejjed.
“Sikwit aħna niftaħru bil-qalb kbira u ġeneruża tagħna bħala poplu jew
bl-identità tagħna bħala poplu nisrani. Imma llum dan mhuwiex biżżejjed.” |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|