Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Taqa’ lasta tal-futbol qalb it-tfal
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Kważi ħames snin wara l-mewt ta’ student fi skola wara li waqgħet lasta tal-futbol fuqu, ix-xorti riedet li bi żbrixx student ieħor ikun skansat minn ħalq il-mewt.
Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar fl-iskola Primarja ta’ Ħal Safi.
Għall-ħabta tas-2.10pm meta t-tfal kollha mill-Kindergarten sal-Year 6 kienu miġbura fil-bitħa ta’ l-iskola biex jassistu għal-lotterija fejn bdew jittellgħu numru ta’ prinjolati bħala rigal għall-istudenti.
F’ħin minnhom tifel tal-Year 2 kien qiegħed idur ma’ waħda mil-lasti tal-futbol. F’daqqa waħda arblu tal-ħadid li jagħmel parti mil-lasta l-mimduda waqa’ għal isfel.
Dak il-ħin it-tfal u l-għalliema spiċċaw maħsuda b’din ix-xena. Mill-ewwel l-għalliema marru jiċċekkjaw lit-tifel biex jaraw jekk ma weġġax. Madankollu rriżulta li b’xorti tajba ma kien qed isofri mill-ebda ġrieħi.
Fil-ħin li seħħ l-inċident numru mdaqqas ta’ ġenituri kienu qed jistennew lit-tfal wara l-grada tal-bitħa u setgħu jaraw din il-kommossjoni.
Ftit minuti biss wara li seħħ dan l-inċident il-Kap ta’ l-iskola tat ordni biex il-lasta titneħħa minn fuq il-post.
Mhux magħruf jekk dan il-każ kienx rappurtat lill-Awtoritajiet u jekk kinitx ordnata inkjesta.
L-inċident iqanqal numru ta’ mistoqsijiet serji fosthom x’passi oħra jridu jittieħdu ġaladarba l-miżuri nfurzati s’issa xorta ma neħħewx
il-periklu għall-istudenti.
Għalliema li tkellmu ma’ Illum sostnew li ma jistgħux jifhmu kif inċidenti bħal dawn jibqgħu jseħħu meta wara t-traġedja ta’ l-2003 kienet ingħatat garanzija li l-periklu mil-lasti tal-futbol fl-iskejjel se jitneħħa għal kollox.
Il-każ ta’ ħames snin ilu kien ħasad il-ħajja ta’ Adrian Borg, student ta’ 14-il sena miż-Żurrieq. It-traġedja seħħet fl-iskola San Franġisk d’Assisi, f’Santa Venera. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|