Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
Il-proposti tal-Gvern fuq ir-riġenerazzjoni ta’ Marsamxett mhumiex fattibbli skond l-Azzjoni Nazzjonali (AN).
F’konferenza stampa l-bieraħ, id-Deputat Kap ta’ AN Anglu Xuereb akkuża lill-Gvern b’ħela ta’ flus il-poplu għax il-fuljett ta’ propaganda mqassam fil-gazzetti lokali dwar il-pjan għal Marsamxett “mhux qed juru l-pjanti b’mod korrett u jiżvijaw lill-poplu Malti u Għawdxi.”
Anki jekk Azzjoni Nazzjonali taqbel mar-riġenerazzjoni ta’ Marsamxett, temmen li għandu jkun hemm tibdil fil-proposti mressqa mill-Gvern. Xuereb għamel referenza għal żewġ studji xjentifiċi li kienu saru minn konsulenti esperti barranin fejn fir-rapporti tagħhom urew li l-breakwater fil-bokka tal-Port m’għandux isir. Wieħed kien sar fl-1968 minn G.Maunsell & Partners ta’ Londra. Ir-rapport l-ieħor sar minn kumpanija speċjalizzata mqabbda mill-Malta Development Corporation li tispeċjalizza f’investigazzjonijiet marittimi.
Skond Xuereb ir-raġunijiet li taw ir-rapporti huma li “l-ispalel tal-breakwater huma tant miftuħa li l-baħar qawwi mill-grigal xorta waħda jibqa’ dieħel fil-port.”
Hu semma wkoll li “l-ispiża hija esaġerata minħabba l-fond li hemm u jekk tinkludi l-mollijiet ta’ żewġ cruise liners l-ispiża tlaħħaq madwar €80 miljun.”
Skond Xuereb din l-ispiża mhux ġustifikata.
Xuereb qal: “Iż-żewġ mollijiet għall-cruise liners ma jagħmlux sens. Id-dimensjoni tal-cruise liners murija fuq il-propaganda tal-Partit Nazzjonalista mhux fattibli għax ċekknuhom u ġabuhom qishom Super Yachts.”
Xuereb spjega kif “il-kobor veru ta’ cruise liner hu ta’ madwar 300 metru u dan iwassal biex ma jkollomx spazju fejn idawru.” Dan l-istess argument jgħodd ukoll għall-pontoons għall-yacht marina fil-ponta ta’ Tignè.
Xuereb qal li Azzjoni Nazzjonali qed tipproponi numru ta’ breakwaters lokali li bihom xorta waħda jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-attivitajiet oħra fil-Port.
Dawn l-attivitajiet jeskludu dawk tal-cruise liners u l-pontoons fil-viċinanza tal-bokka tal-Port.
Il-proposta tinkludi wkoll breakwater lokali mal-parti ta’ ġewwa tal-pont ta’ Tignè u l-parti l-oħra mal-ponta ta’ Manoel Island, breakwater qasir fid-daħla tal-fossa sabiex jagħti kenn għall-irmiġġ tad-dgħajjes iż-żgħar tal-lokal, breakwater lokali mal-parti ta’ ġewwa ta’ Manoel Island sabiex jagħti kenn għad-daħla ta’ Lazarett u fl-aħħarnett breakwater lokali maġenb Xatt it-Tiben. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|