Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
 Kurt Sansone
Il-karti fid-djar dwar proġetti li għamel il-Gvern, l-ittri javżaw li ċ-children’s allowance se tidħol fil-kont tal-bank, it-tqassim ta’ l-internet bi prezz sussidjat, il-billboards tal-PN u l-laqgħat ta’ Lawrence Gonzi mal-għaqdiet u l-korpi kostitwiti qajla jħallu dubju li l-elezzjoni tinsab wara l-bieb.
Fil-pajjiż hawn stennija għal dak li se jagħmel il-Prim Ministru għada. Minkejja li għad m’hemm l-ebda konferma uffiċjali li l-elezzjoni se ssir fit-8 ta’ Marzu, hu mistenni li Gonzi għada se jmur għand il-President jitolbu biex ixolji l-Parlament. L-eqreb ġurnata li fiha tista’ ssir l-elezzjoni hi s-Sibt 8 ta’ Marzu sakemm Gonzi ma jiksirx it-tradizzjoni ta’ dawn l-aħħar żminijiet u jiddeċiedi li jmur għal kampanja elettorali itwal li teħodna sa April jew Mejju.
Ara: L-aħħar mil għall-Palazz |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|