Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
James Debono
Anki jekk huma inqas minn nofs il-Maltin, xorta huma l-maġġoranza dawk li jaħsbu li l-ħajja għoliet minħabba l-ewro.
L-iktar li jinħass dan il-fenomenu hu fost il-ħaddiema u dawk li jgħixu fuq is-servizzi soċjali fejn il-maġġoranza kbira jaħsbu li d-dħul ta’ l-ewro għolla l-ħajja.
Dan joħroġ minn stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika li għamlet din il-gazzetta.
Fost il-ħaddiema bla sengħa u dawk bla xogħol (kategorija DE) huma 62 fil-mija li jaħsbu li l-ħajja għoliet minħabba l-ewro. Fost il-pensjonanti, 55 fil-mija jaħsbu li l-ewro għolla il-ħajja.
Fost il-ħaddiema b’sengħa (kategorija C2) il-maġġoranza (54%) jaħsbu li l-ħajja għoliet wara l-introduzzjoni ta’ l-ewro filwaqt li 42% jaħsbu li l-ħajja baqgħet l-istess.
Min-naħa l-oħra l-maġġoranza assoluta ta’ dawk fil-klassi tan-nofs jaħsbu li l-prezzijiet baqgħu l-istess wara l-introduzzjoni ta’ l-ewro.
Fost dawk li għandhom professjoni jew li għandhom pożizzjoni maniġerjali (kategorija AB) huma biss 26% li jaħsbu li l-ħajja għoliet minħabba l-ewro. Fost dawk li jagħmlu xogħlijiet klerikali jew vokazzjonali (kategorija C1) 51% jaħsbu li l-ħajja baqgħet l-istess.
Din hi indikazzjoni ċara li l-perċezzjoni li l-ħajja qed togħla minħabba l-ewro hi iktar b’saħħitha fost dawk li għandhom l-inqas dħul.
Jista’ jkun ukoll li din il-kategorija hi iktar milquta bl-għoli tal-ħajja b’mod ġenerali.
F’dan l-istħarriġ joħroġ ċar li l-għoli tal-ħajja hu meqjus bħala l-ikbar problema minn 25% tal-popolazzjoni. Fl-istess waqt kienu biss 3.9% oħra li jaħsbu li l-addozzjoni tal-munita l-ġdida hi l-ikbar problema.
73% ta’dawk li jaħsbu li l-għoli tal-ħajja hu l-ikbar problema huma ħaddiema ta’ l-id jew pensjonanti.
L-istħarriġ sar bejn nhar it-Tnejn u nhar l-Erbgħa li għadda u aċċettaw li jipparteċipaw 300 persuna. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|