Ittri | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Minn Roev Zahra,
Ħal Għaxaq
Nieħu spunt minn dak li deher fl-editorjal ta’ illum tal-Ħadd 27 ta’ Jannar. Semmejtu li l-Gvern qed juża’ flus pubbliċi bħala karrotta għall-elezzjoni.
Nixtieq inżid li dan ma ġarax biss fil-każ tal-offerta ta’ l-internet bi prezz baxx però f’każi oħra wkoll bħal meta ddeċidew li jferrxu ċ-children’s allowance bħall-pastizzi.
Min qed iħejji dawn l-istrateġiji jrid iżomm f’moħħu li għal kull ħmar li jiġbed lejh bil-karrotta jitlef bniedem li jkun ħadem u bata biex ikabbar dik il-karrotta: f’kelma waħda bniedem li jħallas it-taxxi u jaħseb.
Imma jidher li l-istrateġisti għamlu l-kalkoli tagħhom. Vera li qed jitilfu lil min xeba’ jħallas taxxi biex jarahom jiġu sparpaljati iżda qed jirbħu oħrajn. Fosthom dawk li jiddikjaraw ruħhom separati bla ma jkunu biex jirċievu għajnuna mill-Istat.
Dawk ukoll li jiddikjaraw li ma jafux min hu missier uliedhom u minbarra l-għajnuna ta’ l-Istat ikollhom il-paga tas-sieħeb. Hemm dawk li jheddu bil-vot u anki jekk ma jkollhomx jedd jippruvaw jieħdu dak li jridu. U dawk li qabdu u kkapparraw biċċa art fl-Armier u postijiet oħra u ħadd ma jkellimhom.
Wisq probabbli l-istrateġisti qed iħossu li l-grupp ta’ min qed ipappiha hu akbar minn dak ta’ l-imxebbgħin. Allura issa li riesqa l-elezzjoni għandhom jagħmlulna pjaċir u jħalluna bi kwietna u joqogħdu jiġru wara dawk li ilhom jakkommodaw tul leġislatura sħiħa.
Sadanittant aħna nosservaw jekk l-istrateġija hix waħda rebbieħa jew le. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|