MediaToday

Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66

Dal-lejl il-PN irrekordja d-diska ta’ l-elezzjoni

Julia Farrugia

Il-Partit Nazzjonalista l-bieraħ filgħaxija kien qed jirrekordja l-filmat uffiċjali li se jakkumpanja l-kanzunetta li se juża l-partit fil-kampanja elettorali.
Għal dan il-video uffiċjali ntalbet l-għajnuna ta’ numru ta’ kantanti u personalitajiet.
Illum tista’ tiżvela li għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija numru ta’ uċuh familjari mal-poplu Malti bdew deħlin fid-Dar Ċentrali f’Tal Pietà.
Fost dawn kien hemm kantanti li irrappreżentaw lil pajjiżna fl-edizzjonijiet mhux daqstant imbiegħda ta’ l-Eurovision Song Contest. Xogħol dawn il-persuni kollha kien li waqt il-ġbid tal-filmat jidhru qed ikantaw il-kliem tad-diska tal-Partit Nazzjonalista. Fir-realtà d-diska bis-sound proprja kienet rekordjata fil-jiem li għaddew.
Nifhmu li d-diska li se jippreżenta l-Partit Nazzjonalista se tkun waħda b’messaġġ pożittiv fosthom li l-pajjiż wettaq numru ta’ suċċessi u li flimkien wieħed jista’ jkompli jirnexxi.
Id-diska tal-PN se tkun ir-risposta għad-diska mnedija diġà mill-Partit Laburista bl-isem ta’ “The Only Way is Up”. Din il-kanzunetta xxandret għall-ewwel darba bħal llum ġimgħa waqt il-Konferenza Ġenerali tal-MLP.

Intervista
Nippreferi nitlef għax għedt il-verità

Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN


Editorijal

L-id goffa ta' Falzon


Il Punt
Irridu informatika għal kulħadd
Leo Brincat

TONI u PEPPI
Sentenza mnaqqsa għal drogat li għamel programm?


Emmanuel Micallef
Il-poplu deċiż


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Valur tax-xogħol



X'kien Jgħid
Il-ħmar il-magħkus



Wenzu Mintoff

Achille Lauro

Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075