MediaToday

Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66

Fabri jeħel fil-ventilatur

Julia Farrugia
Frank Fabri, li għal dawn l-aħħar snin kien is-Sindku tar-Rabat, irriżenja uffiċjalment mill-kariga tiegħu wara aktar minn xahar u nofs ta’ aħbarijiet kuntrastanti minn ġimgħa għall-oħra.
Riċentament Fabri kien sostna ma’ din il-gazzetta li “kien sab ventilatur u se jgħaddi minnu” u fisser li sab triq kif jista’ jibqa’ Sindku fl-istess ħin li nħatar Prinċipal ta’ wieħed mill-Kulleġġi.
Dakinhar kien qal li kellu laqgħat ma’ uffiċjali għolja mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
Iżda ġimgħa ilu Illum żvelat kif minkejja li Fabri qal li jista’ jibqa’ jżomm il-kariga ta’ Sindku fil-verità l-affarijiet kienu differenti.
Din il-gazzetta tista’ tikkonferma li fuq din il-kwistjoni ttieħed ukoll il-parir ta’ l-Avukat Ġenerali.
Din il-ġimgħa s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tar-Rabat ikkonferma li Frank Fabri issa uffiċjalment irriżenja mill-Kunsill għaliex “il-kariga professjonali tiegħu hi inkompatibbli mad-dmirijiet ta’ Sindku u għalhekk din ta’ l-aħħar, kif jikkonferma s-Segretarju Permanenti fil-Ministru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, b’mod immedjat ma setgħetx tinżamm aktar.”
Nhar it-Tlieta li ġej Sandro Craus se jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Sindku ġdid tar-Rabat.

Intervista
Nippreferi nitlef għax għedt il-verità

Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN


Editorijal

L-id goffa ta' Falzon


Il Punt
Irridu informatika għal kulħadd
Leo Brincat

TONI u PEPPI
Sentenza mnaqqsa għal drogat li għamel programm?


Emmanuel Micallef
Il-poplu deċiż


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Valur tax-xogħol



X'kien Jgħid
Il-ħmar il-magħkus



Wenzu Mintoff

Achille Lauro

Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075