MediaToday

Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66

Tittieħed azzjoni jum biss wara storja ta’ Illum

Julia Farrugia
Ġurnata wara li din il-gazzetta xandret l-appell ta’ familja minn Santa Venera li ilha tgħix b’ħofra ta’ żewġ sulari quddiem id-dar tagħha għal dawn l-aħħar tliet snin l-Awtoritajiet bdew jintervjenu fil-każ. Il-ħofra hi mingħajr ilqugħ diċenti u toffri periklu għal ħajjet familja b’tifel li llum għandha seba’ snin.
Wara mistoqsijiet ta’ din il-gazzetta l-Awtorità tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ikkonfermat li l-għada li dehret l-istorja bagħtet uffiċjal tagħha fuq il-post biex jitkellem mal-familja milquta.
Skond l-Awtorità f’xi żmien partikolari “kienu ħallew ittra fuq letterhead ta’ l-Awtorità biex is-sid jikkuntattja lill-uffiċjali tagħha. Dan il-kuntatt baqa’ qatt ma sar.”John Zammit, il-kap tal-familja, ċaħad li qatt irċieva xi ittra.
“Niċħad li qatt irċevejt ittra mill-Awtorità. Kien fl-interess tiegħi li l-Awtorità tintervjeni u kieku rċevejt l-ittra li qed jgħidu li bagħtu kieku żgur li kont inweġibha,” saħaq Zammit.
Nhar l-Erbgħa l-Awtorità, flimkien ma’ team mill-Mepa, għamlet spezzjoni fi Triq Abela.
L-Awtorità sostniet li għamlet din l-ispezzjoni fil-preżenza ta’ l-iżviluppatur u tal-familja milquta.“Ġiet identifikata soluzzjoni li hi aċċettabbli għall-familja li għamlet l-ilment. Din kienet imressqa quddiem l-iżviluppatur li issa qed jikkonsulta mal-perit tiegħu. Is-soluzzjoni għandha tkun implimenta fi ftit tal-jiem,” saħqet l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà.
“Kuntent ħafna li wara l-istorja fl-aħħar l-Awtoritajiet intervjenew. Jekk dak li qed ikun propost ikun attwat il-familja tiegħi fl-aħħar se tibda tgħix f’ħajja mingħajr periklu u b’inqas inkonvenjent,” qal Zammit.

Intervista
Nippreferi nitlef għax għedt il-verità

Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN


Editorijal

L-id goffa ta' Falzon


Il Punt
Irridu informatika għal kulħadd
Leo Brincat

TONI u PEPPI
Sentenza mnaqqsa għal drogat li għamel programm?


Emmanuel Micallef
Il-poplu deċiż


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Valur tax-xogħol



X'kien Jgħid
Il-ħmar il-magħkus



Wenzu Mintoff

Achille Lauro

Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075