Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Qabel ma’ l-Prim Ministru jsaffar is-suffara ta’ l-Elezzjoni Ġenerali l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ippubblika 25,000 kopja ta’ l-edizzjoni speċjali tar-rivista onSite li swiet madwar €36,550 (Lm15,691) lill-Kaxxa ta’ Malta.
Ir-rivista, li tista’ ssejħilha ktejjeb, għandha 115-il paġna kollha stampati bil-kulur fuq karta ħoxna tleqq. Din tinkludi intervista mal-Ministru Ninu Zammit fejn jiftaħar li l-Ministeru ħadem biex idaħħal ‘prattiċi ġodda ta’ xogħol fejn kull ħaddiem jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu’ kif ukoll ristrutturar tad-dipartimenti u sezzjonijiet fi ħdanu li biddlu t-timbru ħażin li għandhom il-ħaddiema
tal-Gvern.
Matul l-intervista jkompli jiftaħar dwar kemm saru xogħlijiet max-xtajta, il-bajjiet, ir-restawr li sar fis-swar, il-proġetti futuri għal prevenzjoni tal-għargħar, il-bosta xogħlijiet li saru mal-Belt u ġonna pubbliċi.
Minbarra l-intervista hemm ukoll kitbiet qosra dwar kull proġett li jissemma. Il-biċċa l-kbira tal-paġni fihom ritratti tax-xogħlijiet li saru mill-Ministeru matul dawn l-aħħar ħames snin. F’ħafna minnhom jidher ukoll Zammit jitkellem mal-ħaddiema waqt ix-xogħol ta’ tisbiħ.
L-għan tal-Ministeru hu li jqassam
ir-rivista lil Ministeri kollha, lil kull Kunsill Lokali madwar Malta u Għawdex u lil bosta rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir lokali. Minbarra dawn bosta residenti minn lokalitajiet minn kull parti ta’ Malta u Għawdex se tingħatalhom kopja b’xejn.
Kelliem għall-Ministeru ta’ Ninu Zammit qal: “L-għan prinċipali ta’ din l-edizzjoni hu li dan il-ktejjeb jiġbor fih is-17 il-magazine li ġie ippublikat matul l-aħħar ħames snin kif ukoll jirrifletti vetrina ta’ xogħlijiet li fil-biċċa l-kbira tagħhom twettqu mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.
“Hu d-dmir tal-Gvern li jinforma lill-pubbliku in ġenerali rigward ix-xogħol ta’ tisbiħ, restawr, konsolidament u xogħlijiet relatati mal-prevenzjoni mill-għargħar, liema xogħlijiet huma, bla dubju, ta’ fejda għal pajjiżna.” |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|