Aħbarijiet | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Julia Farrugia
Matul l-aħħar jiem Richard Cachia Caruana l-eks Assistent Personali ta’ Eddie Fenech Adami reġa’ lura b’saħħa fix-xena politika b’numru ta’ laqgħat ma’ persuni differenti dwar l-istrateġija li se jkun qed jadotta l-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Illum tista’ tiżvela l-ismijiet ta’ numru ta’ persuni li din il-ġimgħa kellhom laqgħa ma’ RCC. Fost dawn kien hemm Dun Joe Borg.
Bħal bieraħ ġimgħa u nhar l-Erbgħa li għadda, fil-lukanda Westin Dragonara, Cachia Caruana kellu taħdidiet ma’ numru ta’ nies li kollha b’xi mod jew ieħor għandhom rwol fil-mod kif il-PN se jkun qed iwassal il-messaġġ tiegħu.
Fost il-persuni preżenti għal-laqgħat ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Jannar kien hemm Gordon Pisani, Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u Karol Aquilina Viċi President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista. Dehru deħlin ukoll għal laqgħa ma’ Cachia Caruana wieħed mit-tfal tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u Matthew Cachia Caruana li hu n-neputi ta’ Cachia Caruana.
Nifhmu li dawn il-laqgħat setgħu kienu iffukati fuq
il-parti ta’ strateġija tal-PN li se tkun qed tipprova tiġbed
liż-żgħażagħ lejn l-aħħar appelli elettorali.
Ftit tal-jiem biss wara din il-laqgħa l-Partit Nazzjonalista beda jaħseb mill-ewwel dwar numru ta’ miżuri. Fost dawn il-ħolqien ta’ billboards li fihom il-Prim Ministru jidher ma’ żgħażagħ u nies mhux avvanzati fl-età.
Sorsi qrib id-Dar Ċentrali ikkonfermaw ma’ din il-gazzetta li sa nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar fil-kwartieri tal-PN f’Tal-Pietà kienu għadhom qed jittieħdu sessjonijiet ta’ ritratti bi preparazzjoni għal dawn il-billboards.
Eżatt wara li ttieħdu r-ritratti beda jsir l-editjar u l-aħħar irtokki fuqhom biex b’teknika għal ta’ l-apposta Gonzi jkun inkluż fir-ritratt daqs li kieku ħa tassew fir-ritratti ma’ dawn iż-żgħażagħ.
Nies b’għeruq sodi fil-Partit Nazzjonalista għokrithom għajnejhom b’dan iċ-ċaqliq fl-aħħar minuta. Dawn l-istess sorsi sostnew li bċejjeċ bħal dawn qatt ma’ ġraw fi żmien l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami.
Normalment partit fil-Gvern ikollu l-kampanja tiegħu diġà lesta ferm qabel titħabbar id-data ta’ l-elezzjoni.
Sadanittant fost il-persuni li dehru ħerġin minn waħda minn dawn il-laqgħat ma’ RCC nhar is-Sibt 26 ta’ Jannar kien hemm Dun Joe Borg.
Ikkuntattjat minn Illum Borg qal: “RCC hu ħabib tiegħi u ltqajna biex inparlaw ftit.”
Mistoqsi speċifikament x’kien il-mottiv wara l-laqgħa ma’ Richard Cachia Caruana, Dun Joe Borg wieġeb: “Ħadna xi ħaġa. Parlajna fuq miljun ħaġa nkluż fuq l-elezzjoni ġenerali. Int tiltaqa’ ma’ xi ħadd u ma jitkellimx fuq l-elezzjoni bħalissa?”
Borg eskluda li din il-laqgħa kienet waħda ta’ strateġija.
Dakinhar fil-lukanda Westin dehru wkoll żewġ persuni oħra qrib il-Partit Nazzjonalista. Madankollu mhux magħruf jekk daħlux għal xi waħda mill-laqgħat ta’ RCC. Dawn kienu Lawrence Zammit, Direttur tal-MISCO u Chairman ta’ l-Air Malta u l-Membru Parlamentari Ewropew Simon Busuttil.
Laqgħa oħra li kellu Richard Cachia Caruna fl-istess lukanda saret nhar l-Erbgħa li għadda. Dakinhar Cachia Caruana ltaqa’ għal darb’oħra ma’ Gordon Pisani u Karol Aquilina.
|
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|