Pjazzetta | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Id-disa’ edizzjoni tal-BOV Opera Festival jiftaħ nhar il-5 ta’ Marzu bl-opra Cenerentola ta’ Gioacchino Rossini li se tittella’ f’Malta għall-ewwel darba mit-Teatro Borgatti di Cento flimkien ma’ l-Orkestra Nazzjonali mmexxija mill-Prof Maestro Michael Laus.
Il-festival jinkludi wkoll Gianni Schicchi ta’ Giacomo Puccini, li se ssir biex tfakkar il-150 anniversarju mill-mewt ta’ Puccini, u Notte di un Nevrastenico ta’ Nino Rota. It-tnejn se jittellgħu mit-Taljani Operalaboratorio fit-Teatru Manoel nhar l-10 ta’ Marzu u t-12.
Il-BOV Opera Festival twessa’ fir-repertorju billi stieden ukoll lill-British Vocal Ensemble li jippreżenta I Fagiolini, varjetà ta’ arji mill-opri ta’ Claudio Monteverdi, fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija b’kollaborazzjoni mal-British Council. Il-grupp Britanniku magħruf l-iżjed għall-mużika Rinaxximentali u kontemporanja li tinkludi wkoll biċċiet sekulari għall-kor u biċċiet orkestrali fi produzzjoni semi-drammatizzata. Din se ssir nhar id-9 ta’ Marzu.
Bħal fis-sentejn ta’ qabel, il-BOV Opera Festival ta’ din is-sena qed ikun megħjun minn Valletta Fund Management Ltd. u mill-Middlesea Valletta Life Assurance Co. Ltd.
Dr. Peter Fenech, Chairman tat-Teatru Manoel, qal: “il-kollaborazzjoni tant mistennija bejn it-Teatru Manoel u l-Bank of Valletta kull sena wasslet għal serje ta’ produzzjonijiet ta’ l-ogħla kwalità matul dawn l-aħħar disa’ snin. Hu mistenni li l-produzzjonijiet imħejjija għal din is-sena jkomplu jsaħħu r-reputazzjoni mill-aqwa li l-BOV Opera Festival bena fil-kalendarju kulturali Malti.”
Tonio Depasquale, Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-BOV, żied jgħid li kull sena jsir ħafna xogħol b’dedikazzjoni kbira biex jittella’ l-BOV Opera Festival u li l-bank hu kuntent li l-Festival qed jitqies bħala wieħed mill-aqwa attivitajiet kulturali fil-pajjiż b’reputazzjoni mill-aqwa f’Malta u barra. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|