MediaToday

Ittri | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66

Birra għola bl-ewro

Minn Lawrence Bezzina,
Fgura

Qrajt b’interess l-ittra, Ingdimt darbtejn bl-ewro ta’ Eddy Privitera fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda. Ikolli ngħid li naqbel miegħu mija fil-mija.
Ilbieraħ mort nieħu xarba f’Wied il-Għajn u ta’ flixkun birra ta’ barra żammli €1.75 (75ċ).
Sa l-aħħar tas-sena dan kien jiswa 60ċ li diġà kien prezz għali. Issa f’daqqa waħda mad-dħul ta’ l-ewro l-birra għola b’15ċ jew aħjar €0.35!
Din x’serjetà hi? Jafu bihom dawn l-affarijiet ta’ l-NECC? Jeħtieġ kontroll aktar iebes. X’se jiġri f’April li ġej?

Intervista
Nippreferi nitlef għax għedt il-verità

Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN


Editorijal

L-id goffa ta' Falzon


Il Punt
Irridu informatika għal kulħadd
Leo Brincat

TONI u PEPPI
Sentenza mnaqqsa għal drogat li għamel programm?


Emmanuel Micallef
Il-poplu deċiż


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Valur tax-xogħol



X'kien Jgħid
Il-ħmar il-magħkus



Wenzu Mintoff

Achille Lauro

Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075