Ittri | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Minn Eddy Privitera,
Mosta
Meta wieħed jiżen sewwa kemm dak li jgħidu u jiktbu esponenti tal-PN u wħud mill-artikolisti – kemm Nazzjonalisti kif ukoll dawk li jistaħbew wara l-maskra ta’ ‘indipendenti’ - wieħed malajr jinduna li l-karta prinċipali li l-PN irid jilgħab f’din il-kampanja elettorali hi dik li jbeżża’ lill-votanti Maltin u Għawdxin minn rebħa Laburista.
Konvint li dan qed jagħmluh għax l-aktar li huma mbeżża’ huma ċerti ministri, segretarji parlamentari u wħud mill-membri f’bordijiet.
Dawn kollha jafu li b’rebħa Laburista jista’ jinkixef l-għatu li għadu jgħatti fatti ta’ skandli kbar u korruzzjoni tal-waħx. Għalhekk qed jagħmlu minn kollox biex dak l-għatu jibqa’ magħluq, billi jġibu lill-votanti jibżgħu bħalma qed jibżgħu huma stess minn rebħa Laburista. Dawn għandhom wisq x’jitilfu.
Li jidher li m’humiex jindunaw hu li tant ilhom jilagħbu din il-karta tal-biża’ li llum trid tkun altru mazzun li tibla’ kollox biex toħodhom bis-serjetà.
Hemm min tant jesaġera li aktar iħajjar lil min jivvota għall-Partit Laburista milli jivvota għall-PN. Jidher ċar li min ikun qed jgħid jew jikteb ħrejjef tal-biża’ ma jkollux argumenti li jagħmlu sens.
Pereżempju l-korrispondent Nazzjonalista Giovanni De Martino, l-eks sindku tal-Mosta, gostih jikteb fil-gazzetti biex ibeżża’ kontra rebħa Laburista.
Mela fil-gazzetta Nazzjonalista Il-Mument ta’ l-20 ta’ Jannar kiteb hekk: “Jekk l-elezzjoni li se jkollna minn hawn u ftit xhur oħra kellha, allaħares qatt u l-Bambin inixxifli lsieni, tintrebaħ mil-Laburisti – minn flaġell bħal dan eħlisna nitolbuk Mulej – kieku Malta tkun intlaqtet minn flaġell iżjed diżastruż u devastanti minn dak li laqat lill-Indoneżja bħal dan iż-żmien tliet snin ilu. Allaħares qatt”.
De Martino kien qed jirreferi għat-tsunami li ħalla warajh mijiet ta’ eluf ta’ nies mejta.
Jidher ċar li De Martino hu mwerwer dwar x’jista’ jinkixef dwar għemejjel li seħħew taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.
Għandu raġun jibża’ li jkollna xi tsunami f’pajjiżna meta l-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni li jmiss.
Iżda dan it-tsunami se jolqot biss lil dawk li bagħbsu, berbqu u serqu flus il-poplu Malti qisu dawn il-flus kienu tagħhom personalment! |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|