MediaToday

Ittri | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66

Koalizzjoni ma’ min?

Minn John Schembri,
Żurrieq

“Jekk l-Alternattiva Demokratika tkun parti mill-gvern li jmiss se naħdmu biex din il-proposta tintlaqa’ mhux biss mill-gvern ta’ koalizzjoni imma mill-Parlament kollu. Il-Maltin jixirqilhom aħjar.”
Hekk spiċċa l-artiklu tiegħu Edward Fenech ta’ l-AD, il-Ħadd li għadda. Il-proposta li kiteb tagħmel ħafna sens. Iżda laqatni b’mod partikolari d-diskors dwar koalizzjoni.
Ftakart meta waħda attriċi sabiħa ipproponiet lil Albert Einstein biex jiżżewġu għax skond hi, kieku jkollhom tfal sbieħ bħalha u għorrief bħal Einstein.
Il-ġenju kien pront staqsiha, “U jekk jiġu koroh bħali u stupidi bħalek, x’nagħmlu bihom?”
Naħseb ħafna bħali toħroġilhom l-istess tip ta’ mistoqsija: ma’ min taħseb li se tkun f’koalizzjoni l-Alternattiva?
Żgur mhux mal-partit ta’ Capua, dawk wisq lejn il-lemin. Żgur mhux mal-Partit Nazzjonalista għax Claire Bonello ta’ l-Alternattiva iktar taħsibha Laburista bl-attakki li tagħmel fuq il-gazzetti kontra l-PN!
Ma baqa’ ħadd ħlief tal-Lejber. Ma tridx tkun xi bravu biex tara li l-attakki fuq tal-Labour naqsu. Kemm kienu flimkien magħhom kontra l-impjant ta’ Sant’Antnin.
Jekk ta’ l-Alternattiva jtellgħu siġġu fil-Parlament u jaħsbu li se jaħdmu spalla ma’ spalla ma’ tal-Labour naħseb li aħjar jerġgħu jaħsbuha għax ma nistax nifhem kif partit tal-Ħodor se jagħmel kompromessi ma’ partit li qed iwiegħed li se jnaqqas is-soprataxxa fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma bin-nofs lil kulħadd jiswa’ kemm jiswa’ ż-żejt.
Il-Kelliem dwar l-Ekonomija u l-Finanzi jaf sewwa kemm din il-lixka li ħareġ biha l-Labour ma tagħmilx ħlief ħsara lill-ekonomija u lill-ambjent li l-Alternattiva għandha tant għal qalbha.
Naħseb li l-AD iktar se sservi ta’ staffa għall-Labour biex jitilgħu fil-Gvern. Nafu biżżejjed x’ġara fl-elezzjoni ta’ l-Ewro Parlamentari. Se naslu fl-ironija fejn l-Alternattiva se tagħti palata lill-MLP biex iżidu l-emmissjonijiet fl-arja minn ħruq ta’ żjut?
Tassew li aħna l-votanti jixirqilna aħjar.

Intervista
Nippreferi nitlef għax għedt il-verità

Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN


Editorijal

L-id goffa ta' Falzon


Il Punt
Irridu informatika għal kulħadd
Leo Brincat

TONI u PEPPI
Sentenza mnaqqsa għal drogat li għamel programm?


Emmanuel Micallef
Il-poplu deċiż


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Valur tax-xogħol



X'kien Jgħid
Il-ħmar il-magħkus



Wenzu Mintoff

Achille Lauro

Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075