Ittri | 03 ta’ Frar 2008 Nr 66
Minn Marisa Xuereb,
Malta Gay Rights Movement,
Mosta
L-editorjal tas-6 ta’ Jannar kien l-ewwel wieħed fl-istorja tal-gazzetti Maltin li għamel stqarrija ċara u raġunata favur ir-rikonoxximent taż-żwieġ bejn persuni ta’ l-istess sess.
Dan l-editorjal spikka għall-fatt li għall-kuntrarju ta’ ħafna artikli li jinkitbu f’dan ir-rigward ma qagħadx jikkwalifika liema drittijiet partikolari għandhom jingħataw lill-koppji gay u liema le.
L-argument favur ir-rikonoxximent taż-żwieġ bejn persuni gay mill-Istat kien ibbażat purament fuq l-imħabba, l-istabilità fir-relazzjoni u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, fatturi li spiss huma minsija minn dawk li jargumentaw kontra ż-żwieġ ta’ koppji gay.
Il-Malta Gay Rights Movement jixtieq juri l-apprezzament tiegħu għal dan l-editorjal u jittama li jkun ta’ spunt għal dibattitu aktar miftuħ u bilanċjat dwar dan is-suġġett. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN
Editorijal
Il Punt
Leo Brincat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|