MediaToday

Il Punt - Leo Brincat| 03 ta’ Frar 2008 Nr 66

Irridu informatika għal kulħadd

Sena u nofs ilu l-Partit Laburista fassal il-politka tiegħu dwar l-informatika.
Sensiela sħiħa ta’ miżuri, proposti u inizjattivi li jaħsbu għal dawk li rnexxew f’dan is-settur, għal dawk fil-kummerċ, għal dawk li qed jistudjaw fih, għal dawk li jixtiequ jitħarrġu fih kif ukoll għal dawk li sa llum ħassewhom maqtugħin barra minnu bħan-nisa tad-dar u s-single parents, l-anzjani, in-nies bi bżonnijiet speċjali u t-tfal żvantaġġjati.
Dan kollu kien frott ta’ konsultazzjoni l-aktar wiesgħa ma’ l-istakeholders kollha. Hekk se jimxi wkoll il-Partit Laburista fil-Gvern
fil-ġimgħat li ġejjin.
L-impenn tal-Parti Laburista favur l-informatika tant hu qawwi li mhux biss irid joħloq opportunitajiet ġodda addattati għall-era diġitali li qed ngħixu fiha. Iżda biex pajjiżna verament jagħmel minn dan is-settur pedament sod u dejjiemi l-MLP qed jistinka kemm jiflaħ biex jkun hawn kunsens nazzjonali f’dan is-settur kif ilna li lħaqna fis-settur tas-servizzi finanzjarji sa minn nofs
is-Snin 90.
Min laħaq u rnexxa se ninkoraġġuh u ngħinuh jkompli jikber u jespandi.
Lil min sa llum żamm lura milli jidħol fi swieq barranin se ngħinuh jippenetra swieq lil hinn minn xtutna speċjalment fil-pajjiżi ta’ l-Afrika ta’ Fuq.
U lil min sa llum kien jaqbdu l-bard ta’ Jannar meta jara kompjuter quddiemu se ngħinuh biex jersaq lejn l-informatika b’fiduċja, bla biża’ u b’entuzjażmu ġdid.
L-aktar li se nagħfsu hu fuq l-aċċessibilità. Biex ħadd ma jaqa’ lura quddiem dawn l-opportunitajiet minħabba l-qagħda soċjali jew il-mezzi finanzjarji tiegħu u
tal-familja tiegħu.
Il-kunċett ta’ Malta bħala gżira intelliġenti fil-Mediterran ħriġna bih sena u nofs qabel ħaddieħor.
Aħna rridu informatika għal kulħadd. Għan-nies ta’ kull lewn, età u livell ta’ edukazzjoni ħalli anki f’dan il-qasam nibnu soċjetà verament inklużiva.
Dan ma nistgħux nagħmluh waħedna. Iżda spalla ma’ spalla mas-settur privat li se jingħata kull spazju biex jiżviluppa l-ħiliet u l-inizjattivi kollha li għandu f’moħħu.
Il-pjan tagħna diġà hu lest. Li baqa’ biss issa hu l-fiduċja tagħkom biex inkunu nistgħu nwettquh flimkien.

Leo Brincat hu Kelliem ewlieni għall-Affarijiet Barranin u għat-Teknoloġija ta’ l-Informatika fl-MLP

Intervista
Nippreferi nitlef għax għedt il-verità

Julia Farrugia tintervista lil Clyde Puli, Kandidat tal-PN


Editorijal

L-id goffa ta' Falzon


Il Punt
Irridu informatika għal kulħadd
Leo Brincat

TONI u PEPPI
Sentenza mnaqqsa għal drogat li għamel programm?


Emmanuel Micallef
Il-poplu deċiż


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Valur tax-xogħol



X'kien Jgħid
Il-ħmar il-magħkus



Wenzu Mintoff

Achille Lauro

Kien ssemma għalih il-cruise liner li nħataf fl-1985 fl-ibħra viċin l-Eġittu. L-Achille Lauro kien inħataf mit-terrorista Palestinjan Abu Abbas li spiċċa fiċ-ċentru ta' taqtigħa bejn Ronald Reagan u Bettino Craxi meta l-Amerikani sfurzaw l-inżul fil-bażi tagħhom f'Sigonella, Sqallija l-ajruplan li kien se jieħu lil Abbas lejn it-Tuneżija wara li kien inħeles mill-Eġittu. Dakinhar kienet għaddiet ta' Bettino Craxi li minkejja dak kollu li għadda minnu f'Tangentopoli ftit tas-snin wara, xorta waħda baqa' jitfaħħar għall-pożizzjoni soda li kien ħa fil-każ ta' l-Achille Lauro meta ma kienx ħalla l-prepotenza Amerikana tagħmel bih.

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075