MediaToday

Aħbarijiet | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65

Wara l-każ ta’ Sant żdiedu t-talbiet għall-għajnuna lill-Moviment Hospice

Julia Farrugia

Il-Malta Hospice Movement, għaqda mhux governattiva li toffri wens lill-pazjenti bil-marda tal-kanċer u lill-familji tagħhom issostni li wara li ħarġet fil-beraħ l-aħbar li l-mexxej Laburista kellu tumur, żdiedu n-numru ta’ persuni li talbu l-għajnuna tal-Moviment.
“In-nies saru aktar konxji. Nista’ nikkonferma li wara li nqala’ dan il-każ żdidulna r-referrals,” tgħid Antoinette Shah, Kap Maniġerjali tal-Malta Hospice Movement.
“Normalment in-nies ma jagħtux każ la l-ħaġa ma tmissx direttament lilhom jew lill-familja tagħhom,” tispjega Shah.
Imma l-fatt li din il-marda feġġet fuq personalità daqstant magħrufa u li tokkupa kariga għolja fil-pajjiż, dan il-kas ħoloq aktar sensittività u għarfien.
“Normalment in-nies tħares lejn in-nies fil-politika bħala ‘dawk huma speċjali jew differenti’. Imma issa n-nies qed jgħidu la laqtet lill-Papa tista’ tmiss lili,” tkompli l-Kap Maniġerjali tal-Moviment Hospice.
Matul dawn l-aħħar jiem qraba ta’ pazjenti bil-kanċer ilmentaw ma’ din il-gazzetta dwar il-mod kif ċerti kitbiet fil-media qed iweġġgħu s-sentimenti tal-pazjenti u l-familji tagħhom.
“Il-Malta Hospice Movement qiegħda hemm għall-poplu kollu u ma nixtiqux nidħlu f’kontroversji politiċi. Madankollu nista’ ngħidlek li ċerti kitbiet iħallu riperkussjonijiet fuq il-pazjenti u l-qraba anke meta l-kitba tkun ġejja minn xi ħadd fil-professjoni, aħseb u ara meta wieħed jikteb ċerti affarijiet mingħajr ma għandu l-għarfien meħtieġ u preċiż għax ikun qed jitwassal messaġġ b’ieħor,” saħqet Antoinette Shah.

Intervista
Il-familja, iż-żwieġ u koppji gay

Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja


Editorijal

Fil-kju ħalli nistennew...


Il Punt
Lil min taqbad temmen?
Edward Fenech

TONI ABELA
Il-karru tal-Karnival tiegħi


Emmanuel Micallef
Il-biża' tal-Partiti


Carmelo Mifsud Bonnici

L-intolleranza intellettwali



X'kien Jgħid
Bravu Ċirillu



Wenzu Mintoff

Ex-voto
F'Għawdex għandi l-għeruq tiegħi. Għalhekk ukoll imma mhux biss lil Għawdex ma nistax ħlief infaħħru u bl-ebda mod ma nista' nmaqdru. Tista' taħseb kelli bużnannu kunjomu Mintoff ġej mill-Għasri , bużnannu ieħor kunjomu Refalo ġej mix-Xagħra u n-nannu Chetcuti ta' Ħaż-Żabbar li miet ix-Xewkija fi żmien il-gwerra.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075