MediaToday

Aħbarijiet | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65

Il-kimoterapija ta’ Sant ma tħallix effett fuq il-moħħ – Prof. Mario Vassallo

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Professur Mario Vassallo, speċjalista fil-gastroentoloġija u wieħed mit-tobba li ikkura l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Alfred Sant, xejjen dubji li tqajmu mill-gazzetta The Sunday Times dwar l-effett tal-kimoterapija fuq saħħet Sant.
Il-Ħadd li għadda rapport fil-gazzetta ta’ wieħed x’jifhem li l-kura li jrid jieħu Sant tista’ tħalli effetti psikoloġiċi fuq il-persuna. Dan l-artiklu kien segwit b’editorjal fit-Times ta’ nhar it-Tlieta li saħansitra staqsa jekk ladarba jibda l-kimoterapija din hux se tħalli effett fuq moħħ Sant.
Madankollu, il-Professur Vassallo sostna ma’ din il-gazzetta li t-terapija li se jkun qed jieħu Sant “mhux veru li tħalli effett dirett fuq il-moħħ.”
L-editorjal tal-gazzetta bl-Ingliż argumenta li l-konferenza stampa li ta Alfred Sant dwar saħħtu wieġbet ħafna affarijiet madankollu skond l-editur “għad hemm aktar mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba fosthom x’effett se tħalli fuq Sant il-kimoterapija li għandu jieħu, kemm jekk hux fiżikament jew psikoloġikament.”
F’kumment lil din il-gazzetta l-Professur Mario Vassallo ċaħad li l-Capecitabine (il-mediċina li se jieħu Sant) toħloq xi problemi psikoloġiċi.
“M’hemm l-ebda evidenza dwar din l-allegazzjoni,” sostna Vassallo.
“M’hemmx effett dirett fuq il-moħħ. Assolutament m’hemm l-ebda effett aktar minn dardir, nuqqas ta’ aptit, ulċeri fil-ħalq u l-fatturi kollha li kienu spjegati mill-mexxej Laburista nnifsu waqt il-konferenza ta’ l-aħbarijiet li ta,” saħaq l-ispeċjalista.
“Biex nispjegalek aħjar, jekk għandi uġiegħ ta’ ras ngħidlek li għal dak il-ftit ħin m’għandhix aptit inkellmek, jew tgħaddilix telefonati. L-istess, din hi xi ħaġa ta’ ftit ħin u m’hemmx effett dirett fuq il-moħħ,” tenna għal darb’oħra Vassallo.
Imkejjen qrib il-Partit Laburista interpretaw l-editorjal ta’ The Times bħala attentat biex tinħoloq spekulazzjoni dwar saħħet il-mexxej Laburista bit-tama li jagħti vantaġġ politiku lill-Partit Nazzjonalista.

Intervista
Il-familja, iż-żwieġ u koppji gay

Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja


Editorijal

Fil-kju ħalli nistennew...


Il Punt
Lil min taqbad temmen?
Edward Fenech

TONI ABELA
Il-karru tal-Karnival tiegħi


Emmanuel Micallef
Il-biża' tal-Partiti


Carmelo Mifsud Bonnici

L-intolleranza intellettwali



X'kien Jgħid
Bravu Ċirillu



Wenzu Mintoff

Ex-voto
F'Għawdex għandi l-għeruq tiegħi. Għalhekk ukoll imma mhux biss lil Għawdex ma nistax ħlief infaħħru u bl-ebda mod ma nista' nmaqdru. Tista' taħseb kelli bużnannu kunjomu Mintoff ġej mill-Għasri , bużnannu ieħor kunjomu Refalo ġej mix-Xagħra u n-nannu Chetcuti ta' Ħaż-Żabbar li miet ix-Xewkija fi żmien il-gwerra.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075