MediaToday

Aħbarijiet | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65

Jirriżenja, ma jirriżenjax...

L-istorja ta’ Frank Fabri tkompli

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Anke jekk ġimgħa ilu s-Sindku tar-Rabat Frank Fabri għamilha fatta li se jibqa’ Sindku għax “irnexxielu jsib ventilatur u għadda minnu,” l-affarijiet jidhru li jistgħu jieħdu ftit aktar fit-tul.
Sorsi differenti viċin il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni sostnew ma’ din il-gazzetta li l-każ qiegħed quddiem l-avukati u s’issa xejn għadu mhu konfermat.
Il-każ hu marbut mal-fatt li fl-aħħar ġimgħat Frank Fabri laħaq Prinċipal ta’ wieħed mill-Kulleġġi.
Suppost meta persuna tieħu kariga ta’ Skala 6 jew aktar ’l fuq ma tistax tibqa’ tinvolvi ruħha fix-xena politika.
F’Diċembru li għadda Frank Fabri kien żvela permezz ta’ din il-gazzetta li se jkun qed jokkupa kariga fiċ-Ċivil fi Skala 4 u allura f’Jannar se jirriżenja minn Sindku.
Iżda bħal-lum ġimgħa Fabri sostna li rnexxielu jsib mezz kif jikkonvinċi lid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni u lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni li hu jista’ jibqa’ jokkupa s-siġġu ta’ Sindku.
Dakinhar Fabri qal: “Sibt ventilatur żgħir u dħalt minnu. Spjegajtilhom. Fehmu s-sitwazzjoni u aċċettawha.”
Madankollu kollox qed jindika li għad irid jgħaddi ftit taż-żmien ieħor biex l-azzjoni minn ġol-ventilatur tkun kompletament magħluqa.
Sorsi fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni għamluha ċara li “il-każ għadu mhux magħluq u li l-affarijiet għadhom qed ikunu ċċekkjati bir-reqqa.”
L-istess sorsi sostnew li “il-korrispondenza dwar dan il-każ għadha għaddejja. Hemm involut tim legali li qed jifli sew din it-talba.”
Fl-imgħoddi kien hemm numru ta’ każijiet fejn persuni li ħadu karigi għolja fis-Servizz Pubbliku ċedew karigi ta’ din ix-xorta.
Fost dawn kien hemm l-eks Sindku tal-Fgura Anthony Degiovanni li rriżenja minn Sindku biex ikun jista’ jieħu l-kariga ta’ Direttur fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
Nifhmu li quddiem din is-sitwazzjoni ġdida ta’ Frank Fabri, anke biex b’dan il-każ ma jinħoloqx preċedent, l-Awtoritajiet ma kellhomx għażla oħra ħlief li jsejħu l-għajnuna legali biex ikunu ggwidati dwar id-deċiżjoni finali.

Intervista
Il-familja, iż-żwieġ u koppji gay

Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja


Editorijal

Fil-kju ħalli nistennew...


Il Punt
Lil min taqbad temmen?
Edward Fenech

TONI ABELA
Il-karru tal-Karnival tiegħi


Emmanuel Micallef
Il-biża' tal-Partiti


Carmelo Mifsud Bonnici

L-intolleranza intellettwali



X'kien Jgħid
Bravu Ċirillu



Wenzu Mintoff

Ex-voto
F'Għawdex għandi l-għeruq tiegħi. Għalhekk ukoll imma mhux biss lil Għawdex ma nistax ħlief infaħħru u bl-ebda mod ma nista' nmaqdru. Tista' taħseb kelli bużnannu kunjomu Mintoff ġej mill-Għasri , bużnannu ieħor kunjomu Refalo ġej mix-Xagħra u n-nannu Chetcuti ta' Ħaż-Żabbar li miet ix-Xewkija fi żmien il-gwerra.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075