MediaToday

Aħbarijiet | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65

Fil-kju għall-internet

Charlot Zahra

B’xorti tajba t-temp ħenn għal dawk l-eluf ta’ nies li l-bieraħ filgħodu kienu fil-kju jistennew biex jirreġistraw għas-servizz ta’ l-internet li l-Gvern issussidja għal prezz baxx ħafna ta’ €3 fix-xahar imma għal sena waħda biss.
Suppost li żmien il-Victory Kitchen u l-kjuwijiet għat-televiżjonijiet tal-kulur fis-Snin 80 huma biss rikordji tal-passat. Imma l-kju li kien hemm minn Triq il-Merkanti kantuniera ma’ Triq San Ġwann sa lil hinn mill-għassa tal-Pulizija tal-Belt reġa’ ġab dawn il-tifkiriet f’dawk il-bosta anzjani li kienu qed jistennew fil-kju lbieraħ.
Oriġinarjament, din l-iskema mlaqqma BlueSkies kienet intenzjonata għall-ewwel 5,000 ruħ li japplikaw irrispettivament mill-qagħda finanzjarja tagħhom. L-unika restrizzjoni kienet li seta’ jibbenefika biss min ma kellux internet broadband.

Mistoqsi minn Illum jekk dan kienx se joħloq żvantaġġ għal dawk in-nies tassew fil-bżonn u li kienu se jibqgħu barra, Gonzi, fost iċ-ċapċip ta’ dawk li kienu fuq quddiem tal-folla qal: “Għall-grazzja t’Alla, l-ekonomija ta’ pajjiżna miexja b’tali mod u manjiera u b’ ritmu tant qawwija li l-Gvern hu lest li jikkunsidra li l-limitu li stabbilejna ta’ 5,000 inżiduh għal numru ħafna ikbar.”
“Hux hekk, Aust?,”  qal Gonzi, hekk kif dar fuq il-Ministru għall-Investiment u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika Austin Gatt li kien biswitu, li min-naħa tiegħu xengel rasu b’sinjal ta’ approvazzjoni.
L-eżerċizzju ta’ lbieraħ flimkien ma’ ieħor simili li mistenni jseħħ dalgħodu fir-Rabat Għawdex, jistgħu jitqiesu bħala l-prova ġenerali għal dak li nistgħu nistennew fil-kampanja elettorali.
B’Gonzi jieħu b’idejn in-nies fil-folla matul Triq il-Merkanti u jidħol fil-każini f’din it-triq, il-Prim Ministru ma tilifx l-okkażjoni biex jagħmel l-ewwel mixja politika mhux uffiċjali tal-kampanja elettorali.
Tant kien hekk li meta Gonzi ġie biex jagħmel id-diskors tiegħu, persuna għajtet lill-cameraman ta’ NET News biex idawwar lill-Prim Ministru b’dahru lejn il-folla li kienet qed tistenna quddiem tinda li ntramat għall-okkażjoni.

Intervista
Il-familja, iż-żwieġ u koppji gay

Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja


Editorijal

Fil-kju ħalli nistennew...


Il Punt
Lil min taqbad temmen?
Edward Fenech

TONI ABELA
Il-karru tal-Karnival tiegħi


Emmanuel Micallef
Il-biża' tal-Partiti


Carmelo Mifsud Bonnici

L-intolleranza intellettwali



X'kien Jgħid
Bravu Ċirillu



Wenzu Mintoff

Ex-voto
F'Għawdex għandi l-għeruq tiegħi. Għalhekk ukoll imma mhux biss lil Għawdex ma nistax ħlief infaħħru u bl-ebda mod ma nista' nmaqdru. Tista' taħseb kelli bużnannu kunjomu Mintoff ġej mill-Għasri , bużnannu ieħor kunjomu Refalo ġej mix-Xagħra u n-nannu Chetcuti ta' Ħaż-Żabbar li miet ix-Xewkija fi żmien il-gwerra.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075