MediaToday

Aħbarijiet | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65

Lejn Belgrad bil-Vodka

Morena tirbaħ il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa

Il-kantanta Għawdxija Morena se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision f’Belgrad f’Mejju li ġej wara li d-diska Vodka serqet qlub l-udjenza li lbieraħ segwit il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa minn fuq it-televiżjoni.
B’wirja enerġetika għall-aħħar, Morena wriet kunfidenza kbira fuq il-palk u saħansitra qajmet fuq tagħhom lin-nies taħt it-tinda f’Ta’ Qali fejn sar il-festival.
Apparti r-referenza għall-Vodka, ix-xarba popolari mal-popli Slavi, Vodka għandha ħsejjes li jfakkru fil-lvant ta’ l-Ewropa kif ukoll xi kelma ’l hemm jew ’l hawn bir-Russu. Din tista’ tkun parti minn strateġija biex fil-Eurovision Malta tikseb ukoll xi voti mill-pajjiżi tal-lvant ta’ l-Ewropa fejn nittamaw li Vodka ssir l-innu ta’ l-iktar xarba popolari.
Għal darb’oħra, id-diska rebbieħa għandha l-kompożizzjoni ta’ Philip Vella u l-kliem ta’ Gerard James Borg.
Dan hu t-tieni festival li rebħet Morena f’temp ta’ xahrejn meta f’Diċembru rebħet ukoll il-Malta International TV Song Festival.
Intant, Claudio Faniello rnexxielha tidħol fit-tieni u fit-tielet post biż-żewġ kanzunetti tagħha, Caravaggio u Sunrise rispettivament.
It-televoting kellu 80 fil-mija tal-piż finali fuq ir-rebħ tal-festival b’Morena ġġib 16,979 vot u 78 vot tal-ġurija.
Il-Ħamis li għadda fis-semifinali, ġurija barranija eliminat disgħa kanzunetti mis-17 li kienu għaddew għas-serata finali. Makienx hemm televoting fis-semifinali. Fost il-kanzunetti eliminati kien hemm it-tnejn ta’ Mary Spiteri, li rritornat għall-festival wara nuqqas ta’ bosta snin.
Għas-serata finali tal-bieraħ nofs il-kanzunetti (erbgħa) tkantaw minn żewġ kantanti: Claudia Faniello u Morena li għaddewlhom żewġ kanzunetti kull wieħed.

Intervista
Il-familja, iż-żwieġ u koppji gay

Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja


Editorijal

Fil-kju ħalli nistennew...


Il Punt
Lil min taqbad temmen?
Edward Fenech

TONI ABELA
Il-karru tal-Karnival tiegħi


Emmanuel Micallef
Il-biża' tal-Partiti


Carmelo Mifsud Bonnici

L-intolleranza intellettwali



X'kien Jgħid
Bravu Ċirillu



Wenzu Mintoff

Ex-voto
F'Għawdex għandi l-għeruq tiegħi. Għalhekk ukoll imma mhux biss lil Għawdex ma nistax ħlief infaħħru u bl-ebda mod ma nista' nmaqdru. Tista' taħseb kelli bużnannu kunjomu Mintoff ġej mill-Għasri , bużnannu ieħor kunjomu Refalo ġej mix-Xagħra u n-nannu Chetcuti ta' Ħaż-Żabbar li miet ix-Xewkija fi żmien il-gwerra.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075