Pjazzetta | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65
Ir-raba’ edizzjoni din is-sena tal-Gran Ballo la Valletta se ssir fit-Teatru Manoel. Edgar Mifsud, koordinatur tal-Gran Ballo, qal: “Kull sena l-organizzazzjoni tal-Gran Ballo tagħmel titjib. Din is-sena iżda ħsibna biex nagħmlu xi ħaġa unika. It-Teatru Manoel normalment immorru fih biex napprezzaw biċċa xogħol ta’ teatru, mużika jew żfin.
“Il-Gran Ballo se jagħti l-opportunità lil kulmin jiġi biex jipparteċipa b’mod sħiħ, jiżfen u jiddeverti minflok sempliċiment joqgħod bilqiegħda u jħares. L-ispirazzjoni għall-Gran Ballo ta’ din is-sena hi l-opra. Fil-fatt it-tema magħżula hi Una Tragica Opera in Maschera.”
L-ewwel att se jsir
fil-bini tal-Borża, fi Triq ir-Repubblika fejn se ssir ikla kbira akkumpanjata bil-mużika u bl-animazzjoni. Wara l-mistednin jgħaddu minn Strada Stretta li se tkun mimlija attività ta’ l-epoka u teatru tat-triq kif ukoll jitqassam il-ħelu. It-Tieni Att jilħaq il-qofol tiegħu bil-Ballu fit-Teatru Manoel fejn se tittella’ il-Barcarolle mill-famużi Tales of Hoffman.
Din is-sena, il-mistednin jintlaqgħu minn Madame Doubarie li għandha f’idejha l-poter tas-seduzzjoni. Il-mistednin ikollhom festa ta’ mużika, żfin u kor interattiv. Se jieħu sehem ukoll kast ta’ iktar minn 40 ruħ bejn atturi, animaturi, u mużiċisti.
Il-Gran Ballo hu organizzat b’risq id-Dar Niki Cassar, il-Homeless Shelter tal-YMCA u se jsir nhar is-Sibt, 2 ta’ Frar. Il-biljetti jinbiegħu għall-prezz ta’ €50 u jinkisbu permezz ta’ 21221435, 99499610.
Għal aktar tagħrif żur www.granballo.com jew ċempel 21240680.
FRINGE! PRODUCTIONS flimkien ma’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u Cisk Export qed jorganizzaw Gypsy Mambo, band bi strumenti tan-nifs magħmula minn żingari ġejjin mill-Balkani.
Il-grupp se jdoqq għall-ewwel darba f’Malta nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar fil-Liquid Club f’San Ġwann mill-10pm ’il quddiem.
Gypsy Mambo mill-Kocani magħmul minn disa’ membri u ngħaqad disa’ snin ilu fil-Lvant ta’ Skopje, fejn tinsab belthom. Il-membri ġejjin minn familji ta’ żingari magħrufin għat-talent mużikali tagħhom fil-mużika Roma u Balkana. Il-grupp ħa sehem f’bosta festivals promimenti Ewropej inkluż Khamoro fi Praga u anki daqqew regolarment fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fis-Serbja u Montenegro u naturalment f’art twelidhom.
Il-grupp ħareġ żewġ CDs u huma meqjusa l-aqwa fl-istil tagħhom. Ir-repertorju tagħhom jinkludi siltiet tradizzjonali kif ukoll klassiċi ta’ Bregovic u siltiet oriġinali tagħhom.
Il-kunċert se jsir f’tinda żingara li se tintrama fil-Liquid Club u tingħaqad mal-parteċipazzjoni tad-DJ Danjeli b’intervenzjonijiet elettroniċi. Magħhom se jkun hemm żeffiena li tiżfen fuq stil belly dance.
L-udjenza mistiedna tilbes kostum żingaru għal dan l-avveniment u tingħaqad mal-atmosfera ta’ żingari Balkani. Għal xi ftit ideat dwar il-kostum wieħed jista’ jara l-film Black Cat White Cat ta’ Kusturica.
Il-biljetti jiswew €12 u jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt jew mill-bieb. Għal iktar informazzjoni dwar l-avveniment żur www.myspace.com/jazzfringe jew ibgħat fuq jazzfringemalta@gmail.com. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja
Editorijal
Il Punt
Edward Fenech
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|