Ittri | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65
Minn J. Camilleri,
Mosta
Laqatni s-suġġett li tkellmu dwaru Toni u Peppi l-ġimgħa li għaddiet dwar id-dixxiplina fuq it-tfal.
Bħala eks għalliema niftakar żmien ieħor fejn id-dixxiplina kienet parti integrali mit-trobbija ta’ l-ulied. Forsi dak iż-żmien konna estremi wisq u l-personalità tat-tfal kienet tinħonoq.
Imma nħoss li llum morna l-estrem l-ieħor. Ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-ġenituri saru jibżgħu jiddixxiplinaw lit-tfal tagħhom. It-tfal għandhom raġun f’kollox u allaħares min jgħajjat magħhom jew jikkoreġihom għax dak imur kontra d-drittijiet tagħhom.
Inħoss li din ir-reazzjoni mbeżża’ ġejja mill-fatt li ħafna ġenituri llum jqattgħu siegħat twal barra d-dar maqtugħin minn uliedhom. Imbagħad biex ipattu għal dan in-nuqqas fil-ftit ħin li jkollhom ma’ uliedhom jippruvaw jagħmlulhom l-ilma jiżfen.
Inutli nilmentaw dwar in-nuqqas ta’ rispett li juru t-tfal fl-iskejjel tagħna jekk is-sisien fil-familja huma mnawra. Id-dixxiplina trid tibda mid-dar u jekk dan mhux il-każ allura l-iskejjel irid ikollhom il-protezzjoni sħiħa ta’ l-awtoritajiet biex jinfurzaw id-dixxiplina mingħajr l-indħil tal-ġenituri. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja
Editorijal
Il Punt
Edward Fenech
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|