Ittri | 27 ta’ Jannar 2008 Nr 65
Minn George Sinagra,
Ħaż-Żabbar
Ma kienx fuljett imqassam bieb bieb mill-Partit Nazzjonalista b’informazzjoni dwar investiment u flus mogħdija lill-Kunsill Lokali Żabbar.
Kien fuljett li jinċensa lill-Gvern ċentrali għall-playingfield fil-qasam tad-djar f’Ħaż-Żabbar, li b’15-il tfal diġà tkun iffullata, wara bosta snin se jsirilha xogħol ta’ manutenzjoni estensiv.
Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Clyde Caruana, ukoll kien pront qassam bieb bieb fuljett li spjega l-fatti u wera kif il-Gvern ċentrali ma ħaqqu l-ebda kredtu fuq dak li qed jgħid li se jagħmel għax il-flus għall-proġett huma allokati mill-programm Urban Improvement Fund tal-MEPA.
Iktar minnhekk, fl-aħħar pubblikazzjoni annwali tal-kunsill, dan il-fatt kompla jkun enfasizzat mhux inqas minn ħames darbiet f’kitbiet mill-kunsilliera biex ir-residenti jkunu grati lejn il-MEPA u l-Kunsill Lokali u mhux lejn il-Gvern ċentrali.
Il-verità kollha hi li kellu jkun dan l-imbierek fond biex fil-qasam tad-djar issir xi nefqa straordinarja. Wara kollox dan ix-xogħol mhux se jibbilanċja l-problemi li joħloq lir-residenti l-impjant tar-riċiklaġġ tal-metall fil-viċinanzi li hu ta’ inkonvenjent u ħsara għas-saħħa pubblika.
Iżda l-istess pubblikazzjoni kienet ekonomika għall-aħħar fuq it-tagħrif lir-residenti dwar xogħol li jitwettaq permezz ta’ l-erba’ ġemelaġġi li għandu l-kunsill.
Jekk il-Kunsill iħoss li l-qasam
tad-djar hu balla fuq l-istonku, faċilment jista’ jkun amalgamat ma’ Bulebel iż-Żgħir u jkunu amministrati bħala raħal żgħir (hamlet) għall-ġid tar-residenti. Hekk ikun jagħmel ħafna iktar sens loġistiku apparti li aħna r-residenti ma nibqgħux trattati bħala ċittadini tat-tieni klassi. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Charlie Azzopardi, terapista tal-familja
Editorijal
Il Punt
Edward Fenech
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|