Aħbarijiet | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Il-ġimgħa li għaddiet l-Awtorità tax-Xandir spiċċat b’żewġ personalitajiet quddiemha biex tkompli tiddiskuti s-sitwazzjoni kontroversjali li nqalgħet bejn l-attur Ray Calleja u Mario Mifsud, magħruf fil-linja professjonali tiegħu bħala DJ Banana.
L-intoppi nqalgħu xhur ilu meta DJ Banana lmenta ma’ l-Awtorità tax-Xandir u mal-PBS dwar il-karattru DJ Banana and the Coconuts maħluq minn Ray Calleja għall-programm Bomba.
Mario Mifsud irribella kontra l-fatt li l-karattru maħluq minn Calleja ipprova jpoġġieh f’dell ikrah fosthom għaliex jagħti l-impressjoni li fil-ħajja normali tiegħu hu xi bniedem maħmuġ, injorant u saħansitra jieħu d-drogi.
Ftit tal-ġimgħat ilu l-Awtorità tax-Xandir sabet lill-preżentatur u attur Ray Calleja ħati li f’żewġ programmi ta’ ‘Bomba’ li xxandru f’Novembru li għadda, kiser artikoli 13 (2) (a) u 34 (1) (a) u (b) ta’ l-Att dwar ix-Xandir. L-istazzjon ta’ l-istat intalab iħallas penali ta’ €931.75 (Lm400).
Fis-sentenza tagħha l-Awtorità fost l-oħrajn tgħid li waqt il-programm “l-atteġġjament, l-ilbies, il-mużika u l-użu ta’ lingwaġġ bħala ‘sustanza veġetali alluċinattivi’ ma tantx iħallu dubji f’moħħ
it-telespettatir dwar il-messaġġ negattiv li jrid jgħaddi l-imitatur u li sussegwentement fil-kuntest preżenti jirrifletti wkoll fuq il-personalità reali. Dan kollu minbarra li jitqies bħala nuqqas ta’ gosti tajbin hekk kif protetti f’paragrafu 12 (2a) ta’ l-Att dwar ix-Xandir u jikser ukoll paragrafi 34 (1a) (1b) ta’ l-Att dwar
ix-Xandir.”
Mitlub jikkummenta dwar din is-sentenza l-preżentatur Calleja jgħid li “dan kollu jġiegħlu jaħseb kemm f’Malta għad hemm aktar lok fejn niżviluppaw is-satira u l-komiċità.”
Dakinhar stess li ngħatat din is-sentenza t-tmexxija ta’ TVM irċeviet email minn Mario Mifsud. Fiha l-preżentatur jgħid li dan il-karattru kompla joħloqlu aktar problemi. Isemmi numru ta’ eżempji fosthom li ċemplitlu omm inkwetatha u qaltlu ‘Kif inti tista’ tippriedka kontra t-teħid tad-droga meta int ħadthom fuq it-tv?” DJ Banana jgħid li għal din il-mara dak il-karattru kien tassew hu.
Illum hi nfurmata li nhar it-Tlieta 8 ta’ Jannar quddiem l-Awtorità tax-Xandir iltaqgħu DJ Banana u l-preżentatur Ray Calleja. Calleja sostna li peress li l-karattru ta’ DJ Banana and the Cocunuts issa waqqfu, l-Awtorità ħafret il-multa li mponiet.
Din id-deċiżjoni ma tantx niżlet sew ma’ Mario Mifsud li argumenta li “jekk il-multa ta’ Ray Calleja nħafret din ċertament mhix ġustizzja.”
DJ Banana isostni li f’dawn iċ-ċirkustanzi “jirriserva d-dritt li jipproċedi fil-Qorti kontra l-preżentatur Ray Calleja. Se nikkonsulta ma’ l-avukati tiegħi dwar passi ulterjuri fil-Qorti.” |
|
Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri
Editorijal
Il Punt
Rebecca Gatt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|