MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64

Ritratti Għawdxin bla permess

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti (FPM) hi akkużata minn mara Għawdxija li ippubblikat għadd ta’ ritratti tal-familja Buhagiar mingħajr il-permess tagħha fil-ktieb Nostalgias of Gozo, li kien editjat mill-Imħallef Giovanni Bonello.
Il-FPM irċeviet ittra uffiċjali mill-avukat ta’ Carmelina Buhagiar mir-Rabat Għawdex, li kienet reġistrata fil-Qrati Għawdxin fit-23 ta’ Novembru, xahar wara li tnieda l-ktieb.
L-ittra tinfurmahom li l-ktieb fih numru ta’ ritratti u materjal li Buhagiar hi s-sidt tagħhom u huma protetti mill-Att dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur (copyright). Minbarra dan, l-istess ritratti meħudin mill-fotografu Mikiel Farrugia, imlaqqam il-Badiku, juru l-ħajja privata ta’ Buhagiar meta kienet għadha żgħira u ta’ familtha.
Skond l-ittra dawn jiksru l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data u għalhekk Buhagiar qiegħda titlob biex il-Fondazzjoni tħallasha tad-danni.
Il-familja Buhagiar mhix ċerta kif ir-ritratti waslu għand il-Fondazzjoni. Is-suspett tagħhom hu li dawn waslu għandhom wara li r-raġel ta’ Carmelina sellef album tar-ritratti lil terza persuna u dan baqa’ għandha.
Ir-ritratti huma kollha privati, minbarra li għandhom valur għoli għax huma antiki ħafna, tant li kienu ttieħdu b’negattiva tal-ħġieġ f’dawk iż-żminijiet.
Il-familja ma xtaqitx li tippubblika r-ritratti minħabba li huma tifkiriet privati tal-familja.
Sadattant Carmelina Buhagiar laħqet mietet u d-drittijiet tar-ritratti antiki għaddew f’idejn iż-żewġ uliedha bniet. L-avukat tagħhom qal lil din il-gazzetta li issa d-Drittijiet tal-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data jaqgħu minħabba li Buhagiar mietet. Iżda jekk jibqgħu ma jirċivux tweġiba mingħand il-Fondazzjoni l-każ se jittella’ l-Qorti fuq id-Drittijiet ta’ l-Awtur tar-ritratti.
Minn dak iż-żmien s’issa l-familja Buhagiar baqgħet mingħajr tweġiba mingħand il-Fondazzjoni minħabba li l-Imħallef Bonello ma jinsabx Malta u qegħdin jistennewh jiġi lura biex jieħdu l-parir tiegħu qabel ma jwieġbu għall-ittra uffiċjali.

Intervista
Għal darb'oħra… Mary

Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri


Editorijal

Opportuniżmu ‘smart'


Il Punt
Id-dritt li tmur lura d-dar qawwi u sħiħ
Rebecca Gatt

TONI U PEPPI
It-tfal u d-dixxiplina


Emmanuel Micallef
Fejn hi d-differenza?


Carmelo Mifsud Bonnici

Demokrazija jew teknokrazija



X'kien Jgħid
Dalwaqt it-tisfira tar-referee!



Wenzu Mintoff

Mastella


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075