Aħbarijiet | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64
“Sibt ventilatur żgħir u dħalt minnu” – Frank Fabri
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Is-Sindku tar-Rabat Frank Fabri mhux se jirriżenja mill-kariga pubblika tiegħu minkejja li f’Diċembru li għadda kien sostna ma’ din il-gazzetta li kien se jirtira għal kollox mix-xena politika.
Fabri kien qal li se jirriżenja minn Sindku kif ukoll li mhux se joħroġ għall-elezzjoni ġenerali wara li kien se jilħaq Prinċipal ta’ wieħed
mill-Kulleġġi.
Iżda ftit tal-jiem ilu biss kien hemm ċaqlieqa ġdida. Fabri sostna li f’dawn l-aħħar ġranet kellu laqgħa ma’ “uffiċjali għolja fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni.Sibt ventilatur żgħir u dħalt minnu. Spjegajtilhom. Fehmu s-sitwazzjoni u aċċettawha.”
Saħaq ukoll li dan se jkun ifisser li sa Marzu ta’ sena oħra se jibqa’ żgur Sindku.
Iżda fatt ieħor hu żgur li Fabri xorta ma jistax joħroġ bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali u b’hekk kellu jabbanduna l-pjani tiegħu fil-kamp politiku fuq skala nazzjonali. Illum tista’ tikkonferma li persuni li sa ftit ilu kienu jikkanvassjaw għal Frank Fabri issa ‘intirtu’ minn kandidati Laburisti ‘żwiemel’ fuq id-Distrett.
L-aħbar li Fabri mhux se joħroġ għall-elezzjoni ġenerali qanqlet rabja fis-Seba’ Distrett hekk kif ħafna persuni ħassewhom iddispjaċuti li l-fiduċja u l-investiment tagħhom f’dan il-kandidat spiċċaw fix-xejn.
Fabri nnifsu ikkonferma li kien hemm din it-tip ta’ reazzjoni. Skond Fabri “in-nies kienet qed tara fija potenzjal tajjeb li jkun fil-Parlament. Kienu qed jarawni fil-Parlament b’responsabbiltajiet edukattivi, jiġifieri ta’ Ministru għall-Edukazzjoni.”
“Fuq bażi lokali, ħafna Rabtin xtaquni nibqa’ mmexxi jien. Għall-ewwel ħadu xokk. Imma fehmu li l-pożizzjoni ġdida tiegħi se tkun marbuta ma’ deċiżjoniijiet u għażliet u allura xorta se nkun qed nokkupa kariga ta’ politika, politika b’mod differenti.”
Interessanti l-fatt li ċrieki qrib is-Sindku tar-Rabat kienu qed isostnu li f’kull stħarriġ differenti li kien qed isir Fabri dejjem kien qed jokkupa l-ewwel post fl-istħarriġ ta’ l-elezzjoni ġenerali.
Din it-teorija jsostniha Fabri nnifsu li lbieraħ sostna ma’ Illum: “Jien għandi tliet surveys li juru li jien kont l-aktar kandidat bl-akbar ammont ta’ voti.”
Mhux magħruf liema stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika qed jikkwota Frank Fabri. Skond hu parti huma tiegħu u oħrajn huma ta’ kandidati oħra.
Din il-gazzetta għandha f’idejha l-istess stħarriġ li għamel Frank Fabri għalih innifsu f’Novembru li għadda. Dan juri li jekk wieħed jikkalkula marġini ta’ żball ta’ sitta fil-mija Gavin Gulia kien f
l-ewwel post segwit fit-tieni post minn Frank Fabri u fit-tielet post mid-Deputat Laburista Noel Farrugia.
L-istħarriġ jgħid li jekk wieħed jikkalkula marġini ta’ żball ta’ erba’ fil-mija, Frank Fabri kien fl-ewwel post, segwit minn Gavin Gulia u Noel Farrugia.
Stħarriġ ieħor li rat din il-gazzetta juri lil Fabri fl-ewwel post flimkien mad-Deputat Laburista Gavin Gulia filwaqt li fi stħarriġ li sar f’perjodu differenti fl-ewwel post kien hemm Gavin Gulia segwit fit-tieni post mid-Deputat Laburista Noel Farrugia. F’dan l-istħarriġ Fabri ma kienx ġie fuq quddiem. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri
Editorijal
Il Punt
Rebecca Gatt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|