MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64

“Ma nistax nidentifika ruħi mal-Partit Nazzjonalista ta’ llum” – Carmel Cacopardo

Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt

Carmel Cacopardo, l-eks uffiċjal investigatur fl-Uffiċċju ta’ l-Awditur Intern tal-MEPA, ma qagħadx jomgħod il-kliem fl-ittra tiegħu lis-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista li permezz tagħha irriżenja minn membru tesserat tal-Partit wara aktar minn 30 sena.
Fl-ittra tiegħu lil Joe Saliba bid-data tas-16 ta’ Jannar, Cacopardo qal: ‘Meta sseħibt fil-Partit Nazzjonalista kont nidentifika ruħi bla diffikultà miegħu.
“Iżda llum ilni żmien nagħmel sforz nistaqsi lili nnifsi jekk il-PN għadux l-istess Partit li jiena, isseħibt fih fis-Snin 70. Qiegħed nasal għall-konklużjoni li kieku kelli nagħmel l-għażla llum ma kontx nagħżel li nissieħeb,” sostna Cacopardo.
Hu fisser li kien hemm bosta raġunijiet li wassluh biex jirriżenja mill-PN, “prinċipalment (imma mhux biss) l-atttitudni leġġera li bih il-Gvern immexxi mill-PN (kif ukoll il-PN innifsu) ħares lejn u aġixxa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika.
“Fil-konfront ta’ min mexa ħażin kontinwament isir attentat biex jinsatru u jitmewtu l-affarijiet. Iżda mbagħad fil-konfront tal-ħidma tiegħi fil-MEPA jiena ġejt ostakolat milli nkompli l-ħidma tiegħi li kont inwettaq fl-Uffiċċju tal-Verifika (Audit Office) b’elf skuża,” sostna Cacopardo.
“Għalkemm int tista’ targumenta li dawn huma materji li tagħhom hu direttament responsabbli l-Gvern, jien naħseb li finalment din ir-responsabblità trid iġġorrha wkoll it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista,” iddikjara l-eks uffiċjal investigatur tal-MEPA li l-kuntratt tiegħu li skada f’April tas-sena l-oħra ma ġiex imġedded mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent wara sentejn fil-kariga.
Fl-ittra tiegħu Cacopardo fakkar ukoll kif hu serva f’bosta karigi fil-PN, fosthom 12-il sena bħala Membru tal-Kumitat Eżekuttiv, Segretarju Informazzjoni fis-Snin 90, Assistent Segretarju Generali u President tal-Kunsill Amministattiv tal-Partit.
Hu ikkontesta ukoll tliet Elezzjonijiet Ġenerali f’isem il-PN: fl-1987, 1992 u 1996.
Cacopardo deher għall-ewwel darba fil-pubbliku f’Tas-Sliema lbieraħ filgħodu bħala l-kelliem ta’ l-Alternattiva Demokratika għall-Iżvilupp Sostenibbli waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fl-Uffiċċju ta’ l-AD.

Intervista
Għal darb'oħra… Mary

Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri


Editorijal

Opportuniżmu ‘smart'


Il Punt
Id-dritt li tmur lura d-dar qawwi u sħiħ
Rebecca Gatt

TONI U PEPPI
It-tfal u d-dixxiplina


Emmanuel Micallef
Fejn hi d-differenza?


Carmelo Mifsud Bonnici

Demokrazija jew teknokrazija



X'kien Jgħid
Dalwaqt it-tisfira tar-referee!



Wenzu Mintoff

Mastella


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075