MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64

Il-UHM, l-għassiesa tal-għoli tal-ħajja, tgħolli l-miżati tagħha

Julia Farrugia

L-Union Ħaddiema Magħqudin li għal dawn l-aħħar xhur għamlitha tal-“għassiesa” tal-prezzijiet għolliet il-miżata ta’ kull membru tagħha b’aktar minn sebgħa fil-mija.
Minn €2.33 (Lm1) fix-xahar il-miżata tellgħetha għal €2.50 (Lm1.07). Dan ifisser li f’sena waħda kull ħaddiema se jħallas €2.04 (Lm0.84) aktar.
Eluf ta’ ħaddiema ndunaw b’din iż-żieda ftit tal-jiem ilu meta rċevew il-paga ta’ Jannar. Fil-karta li jirċievu mal-paga, fil-parti li normalment ikun hemm il-ħlas tal-union, il-ħaddiema ndunaw li minn Diċembru lil hawn kellhom bidla. Filwaqt li f’Diċembru u fix-xhur ta’ qabel kienu jitnaqqsulhom €2.33 (Lm1), minn Jannar inqatgħulhom €2.50 (Lm1.07).
Ħafna ħasbu li din iż-żieda fil-prezz hi dovuta għad-dħul ta’ l-ewro f’pajjiżna u kienu bosta l-ilmenti li waslu għand din il-gazzetta.
Iżda Gejtu Vella, Segretarju Ġenerali ta’ l-union meta ikkuntattjat minn Illum, staqsa lilna x’inhi l-problema.
“Xi problema hemm billi żidna l-miżata? So what?” staqsa Vella.

Iż-żieda daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li għadda u tfisser li grazzi għal din iċ-ċaqlieqa fil-prezz f’sena waħda l-UHM mill-miżati tista’ tkun qed tagħmel dħul aktar ta’ kważi €54,000 (Lm23,000). Dan il-kalkolu jinħadem fuq l-ammont ta’ membri li l-union tgħid li għandha, 26,231 b’kollox.
Is-Segretarju Ġenerali tal-UHM qal li din iż-żieda ’l fuq fil-prezzijiet kienet ippjanata f’Marzu li għadda.
“Id-delegati ta’ l-union approvaw li nagħmlu din iċ-ċaqlieqa. Suppost iż-żieda kellha tkun aktar imma aħna għamilna rounding ’l isfel,” spjega Gejtu Vella.
Imfakkar iżda li din xorta tissejjaħ żieda minkejja r-rounding ’l isfel, is-Segretarju Ġenerali ta’ l-UHM iġġustifika l-għoli fil-prezz billi ġab numru ta’ eżempji.
“Impjegajna ma’ l-union tliet ħaddiema ġodda, xtrajna l-bini ta’ maġenb il-Union u l-ispejjeż għalina dejjem jogħlew,” kompla Vella.
Mistoqsi jekk kienx qed jirreferi għaż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma fost affarijiet oħra Gejtu Vella qal li kien qed jirreferi għall-prezzijiet aktar għolja f’numru ta’ servizzi essenzjali, għall-union fosthom servizzi professjonali ta’ konsulenza u fil-ħlasijiet tal-persuni biex jagħmlu r-rapporti.
“Meta tara x’ġibna lura għall-ħaddiema, din iż-żieda hi ġustifikata,” saħaq Gejtu Vella.
Skond is-Segretarju Ġenerali tal-UHM “din iż-żieda kien jaf biha kulħadd. Il-UHM għandha l-orħos miżata u l-union ilha ma tgħolli l-miżata seba’ snin.”

Intervista
Għal darb'oħra… Mary

Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri


Editorijal

Opportuniżmu ‘smart'


Il Punt
Id-dritt li tmur lura d-dar qawwi u sħiħ
Rebecca Gatt

TONI U PEPPI
It-tfal u d-dixxiplina


Emmanuel Micallef
Fejn hi d-differenza?


Carmelo Mifsud Bonnici

Demokrazija jew teknokrazija



X'kien Jgħid
Dalwaqt it-tisfira tar-referee!



Wenzu Mintoff

Mastella


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075