MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64

Il-każ ta’ l-omm li qed tfittex lil binha addottat

Il-Knisja Għawdxija tieqaf tinvestiga minħabba l-Protezzjoni tad-Data

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Jidher li d-Djoċesi ta’ Għawdex se twaqqaf ħesrem l-investigazzjoni li kienet qed tagħmel dwar raġel ta’ madwar 34 sena li kien addottat fis-snin 70.
Nhar il-Ħadd li għadda Maria Scerri ta’ 50 sena minn Għawdex imma li tgħix l-Ingilterra żvelat ma’ Illum l-inkwiet tagħha
għall-fatt li ma tista’ ssib l-ebda ħjiel ta’ x’ġara minn binha.
L-omm stqarret ma’ din il-gazzetta li kienet imġiegħla tiffirma ittra, li sa llum ma tafx x’kien miktub fiha peress li dak iż-żmien u anke sa llum, hi ma tafx tikteb u taqra.
Din il-gazzetta irrappurtat kif Dr Anton Refalo, l-avukat ta’ Maria Scerri, talab lill-Isqof Mario Grech biex jintervjeni f’dan il-każ u jgħin lill-omm f’din l-istorja.
Tard il-bieraħ wara nofsinhar din il-gazzetta talbet lill-kelliem għall-Isqof Mario Grech biex jikkonferma jekk tul din l-aħħar ġimgħa kienx hemm xi żviluppi ġodda.
“F’din il-kwistjoni daħlu l-avukati. Kellna telefonati li wissewna li minħabba Data Protection ma stajniex inkomplu nidħlu f’din l-istorja jekk mhux b’xi backup legali,” sostna Dun Eddie Attard, Segretarju ta’ l-Isqof Mario Grech.
Minkejja din l-iżvolta ġdida l-omm ma kinitx infurmata b’dawn id-dettalji u l-Arċidjoċesi ta’ Għawdex ma ratx il-bżonn li tinforma lill-omm dwar din il-pożizzjoni ġdida.
Illum tista’ tikkonferma li sa dan l-istadju l-Knisja kienet diġà rnexxielha tintraċċa numru ta’ fatturi fosthom li waslet biex stabbilixxiet lista ta’ persuni bl-istess isem ta’ l-omm li welldu trabi.
Iżda f’din l-istorja hemm dettal ieħor importanti.
Jekk l-Awtoritajiet tal-Knisja qed jgħidu li ma jistgħux jagħmlu aktar riċerki minħabba l-argument tad-Data Protection, x’qed iżomm lill-Knisja milli tkompli tinvestiga punti oħra importanti f’dan il-każ, liema punti li jikkonċernaw biss lill-Knisja u proċeduri li setgħu kienu adottati minn membri tagħha?
Fost l-oħrajn jekk l-addozzjoni saritx kif qed jgħid Dun Manwel Curmi jew inkella kif qed tinsisti l-omm.
Maria Scerri dejjem argumentat li kienet waħedha fl-uffiċċju ta’ Dun Manwel Curmi meta qalilha tiffirma d-dokumenti.
“Kien jgħidli dawn important papers,” sostniet l-omm.
Imma meta din il-gazzetta ippruvat tinvestiga dan id-dettal sabet li r-reazzjoni tal-qassis kienet differenti.Dun Manwel Curmi f’kumment lil Illum qal li: “l-addozzjonijiet kont nagħmilhom quddiem nutar. Kelli diversi każijiet hekk.”
F’dettal ġdid li din il-gazzetta tista’ toħroġ, il-qassis mitlub isemmi lista ta’ nutari li kien jaħdem bihom semma l-isem ta’ Dr Micallef Stafrace bħala persuna li għandha “kien jagħmel ħafna kuntratti”.
Ikkuntattjat minna Dr Stafrace qal li l-Liġi tobbliga li avukat iżomm arkivjati dokumenti li jmorru lura sa ħames snin u dokumenti ta’ aktar minn 30 sena ilu ma jkunux merfugħa għandu. Dan apparti l-fatt li għalih l-ebda dettal dwar dan il-każ partikolari mhu familjari għalih.

Intervista
Għal darb'oħra… Mary

Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri


Editorijal

Opportuniżmu ‘smart'


Il Punt
Id-dritt li tmur lura d-dar qawwi u sħiħ
Rebecca Gatt

TONI U PEPPI
It-tfal u d-dixxiplina


Emmanuel Micallef
Fejn hi d-differenza?


Carmelo Mifsud Bonnici

Demokrazija jew teknokrazija



X'kien Jgħid
Dalwaqt it-tisfira tar-referee!



Wenzu Mintoff

Mastella


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075