MediaToday

Pjazzetta | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64

It-Teatru Manoel itella’ Sulari fuq Strada Stretta

Sulari fuq Strada Stretta hi l-kummiedja satirika ta’ Mario Philip Azzopardi li kienet iċċensurata 32 sena ilu mill-bord taċ-ċensura u mill-Awtoritajiet tat-Teatru Manoel ta’ dak iż-żmien minħabba li rawha offensiva. Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, il-kummiedja sħiħa bl-ebda parti maqtugħa jew mibdula, se tittella’ mit-Teatru Manoel stess.
L-istorja sseħħ ftit ġranet qabel ma faqqgħet l-aħħar gwerra dinjija. Żagħżugħ (Sean Buhagiar) minn Strada Stretta jippjana biex joqtol lill-aħħar membri xjuħ ta’ familja aristokratika Maltija biex jiret il-palazz tagħhom u b’hekk jipprovdi post aħjar
għax-xogħol tal-prostituti.
It-tliet karattri huma pjuttost eċċentriċi. Lukretia (Monica Attard) għandha 80 sena u tgħix f’kamritha fejn qiegħda tikteb it-tielet testment. Teresa qiegħda taħdem biex twitti t-triq għall-wasla ta’ Benito Mussolini f’Malta u Edoardo (John Suda) hu eks Monsinjur li tkeċċa mill-Kleru għax sabuh f’qagħdiet skandalużi ma’ żewgt itfal subien.
Fil-bidu d-dramm kellu wkoll titlu sekondarju Kummiedja f’Żewġ Atti Fejn Kważi Kulħadd Imut, li jagħti idea ta’ x’tip ta’ kummiedja hi mimlija ċajt goff li jwaqqa’ għaż-żufjett dak kollu li hu Malti, l-aktar
it-tradizzjonijiet politiċi, reliġjużi u sesswali.
Il-kummiedja se ssir
fit-Teatru Manoel fil-25, 26 u 27 ta’ Jannar u tibda fit-8pm. Il-biljetti jiswew €14, €11.50 u €6 u jinxtraw minn 21246389, bookings@teatrumanoel.com.mt.
Azzopardi hu direttur
tal-films li jgħix il-Kanada u kien idderieġa l-ewwel film
bil-Malti Il-Gaġġa.

Intervista
Għal darb'oħra… Mary

Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri


Editorijal

Opportuniżmu ‘smart'


Il Punt
Id-dritt li tmur lura d-dar qawwi u sħiħ
Rebecca Gatt

TONI U PEPPI
It-tfal u d-dixxiplina


Emmanuel Micallef
Fejn hi d-differenza?


Carmelo Mifsud Bonnici

Demokrazija jew teknokrazija



X'kien Jgħid
Dalwaqt it-tisfira tar-referee!



Wenzu Mintoff

Mastella


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075