MediaToday

Ittri | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64

Iċ-ċertezza tal-ħaddiem

Minn Antonio Dato,
Kalkara

Il-kitba dwar it-Tarzna, ‘L-inċertezza fil-baċir’, li dehret il-Ħadd 6 ta’ Jannar ippruvat twassal dak li qed naħsbu aħna l-ħaddiema tat-Tarzna dwar il-post tax-xogħol tagħna.
Dak li l-gazzetta rreferiet għalih bħala ‘probabbli’ hu differenti għall-‘probabbli’ tagħna l-ħaddiema. Konna nippreferu li kieku qabel ma nkiteb l-artiklu titkellmu magħna l-ħaddiema.
Għall-benefiċċju tal-qarrejja tajjeb li jkunu jafu li f’dawn l-aħħar snin aħna l-ħaddiema ġbidna l-attenzjoni tal-maniġment eżekuttiv fuq diversi suġġetti.
Hemm il-kwistjoni tal-ħlas tal-mard għal dawk il-ħaddiema li m’għamlux użu minnu u li l-maniġment ma laħaqx iħallsu fil-ħin. Apparti dan ir-rappreżentanti tagħna talbu informazzjoni fuq diversi aspetti oħra matul is-sena fosthom dwar is-sub-contracting, il-kiri ta’ makkinarju, is-service agencies, il-misteru dwar ir-riżenja ta’ l-eżekuttiv tal-produzzjoni u t-tluq tiegħu wara l-iffirmar ta’ kuntratt. Madankollu, il-maniġment naqas milli jagħtina l-informazzjoni u issa jiġi jgħidilna li għandu problema!
L-artiklu tkellem ukoll dwar il-kwalità tal-ħajja u l-problemi soċjali tal-Kottonera. Dawn ma jistgħux jissolvew b’xi ġnien pubbliku jew b’xi moll għall-bastimenti turistiċi.
Jekk għandek għal qalbek dawn l-inħawi trid allura bilfors tindirizza mistoqsijiet lil numru ta’ għaqdiet volontarji li hemm jaħdmu fl-inħawi u tara kif is-soluzzjoni trid tkun waħda filosofika, psikoloġika u morali aktar milli materjalista.
Anzi l-materjaliżmu qed inawwar lill-klassi tal-ħaddiem għax il-kapitalist qed jaljenah b’vantaġġi personali mwassla lilu b’kampanji pubbliċitarji bla kontroll li jwasslu għal pjaċiri momentarji.
Iktar tinkwetani li nara l-intelliġenza ġurnalistika ssir waħda ‘konvenzjonali’ fejn tispiċċa f’qagħda miskina fejn tipprova tattribwixxi fatti għall-problemi li kulħadd jaf li huma oħra u mhux dawn li qed jingħad fil-ġurnaliżmu.
Iżda biex inkompli dwar it-Tarzna, ma nistgħux inpartu x-xogħol tagħna ma’ wieħed staġjonali. Bħalissa l-investituri fix-Xatt tal-Gran Mastru Pinto żgur li ma jinsabux kuntenti. Il-Granmastru jaf jipparaguna bejn l-attivita ta’ taħtu u dik tat-tarzna bħalissa!
Fl-artiklu ssemmiet id-dgħjufija. Żġur li din dehret fiċ-ċerimonja tal-Barge 8 meta l-Ministru wera x’nuqqas ta’ importanza jagħti lit-Tarzna u m’attendiex għaċ-ċerimonja tat-tlestija minkejja s-suċċess li għamlu l-ħaddiema.
Aħna l-ħaddiema nistaqsukom: fejn kontu intom bħala gazzetta biex tirrappurtaw dwar il-proġett kif ukoll tistaqsu r-raġuni ta’ x’wassal biex il-Ministru m’attendiex għal din iċ-ċerimonja?
Naħseb li aħjar nawguralkom iktar trasparenza u sinċerità fl-artikli li tippubblikaw għal din is-sena l-ġdida. Iżda sewwa jgħid il-qawl Malti: il-ġurnata minn filgħodu turik!

Intervista
Għal darb'oħra… Mary

Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri


Editorijal

Opportuniżmu ‘smart'


Il Punt
Id-dritt li tmur lura d-dar qawwi u sħiħ
Rebecca Gatt

TONI U PEPPI
It-tfal u d-dixxiplina


Emmanuel Micallef
Fejn hi d-differenza?


Carmelo Mifsud Bonnici

Demokrazija jew teknokrazija



X'kien Jgħid
Dalwaqt it-tisfira tar-referee!



Wenzu Mintoff

Mastella


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075