Ittri | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64
Minn David Pisani,
Żminijietna – Leħen ix-Xellug,
Valletta
Żminijietna – Leħen ix-Xellug tqis il-bejgħ ta’ l-ishma tal-Maltapost li kienu f’idejn il-Gvern bħala l-aħħar pass fit-tneħħija tal-posta bħala servizz pubbliku.
Issa li s-servizz hu mibjugħ se jwassal biex il-ħaddiema u l-klijenti tal-Maltapost jistennew kundizzjonijiet ta’ xogħol inferjuri, b’servizz li jkun ogħla fis-snin li ġejjin.
Il-Gvern Nazzjonalista ħasel idejh mir-responsabbiltà li jipprovdi servizz pubbliku b’responsabbiltà soċjali. Is-servizzi postali se jkunu totalment kummerċjalizzati li jfisser servizzi li ma jħallux qligħ iżda li jista’ jkollhom valur soċjali qawwi m’għandhomx futur sabiħ quddiemhom.
L-uffiċċji tal-posta issa se jkunu proprjetà tas-settur privat u dan kollu jfisser li l-Istat se jkollu inqas vuċi biex jiżgura l-obbligazzjonijiet soċjali tas-servizzi postali. Dan qed iseħħ f’kuntest fejn, tradizzjonalment, is-servizzi postali f’Malta dejjem kienu joffru servizz tajjeb u effiċjenti.
Permezz tal-privatizzazzjoni l-ħaddiema tal-Maltapost naqsu minn 872 għal 581 u għalhekk il-ħaddiema li fadal iridu jagħmlu iktar xogħol. Dan se jwassal għal iktar sfruttar tal-ħaddiema b’kundizzjonijiet ta’ xogħol iktar iebsa u stressanti u inqas sodisfazzjon.
Xi ħaġa oħra li ma nistgħux nifhmu hu kif il-UĦM ma tkellmitx kontra l-privatizzazzjoni tal-Maltapost meta f’kull pajjiż Ewropew hemm reżistenza kbira mill-unions minħabba tnaqqis fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema kif ukoll għax il-posta jikklassifikawha bħala servizz b’ruħ soċjali.
Inqisu li n-nuqqas ta’ azzjoni kontra l-privatizzazzjoni mill-UĦM iffaċilitat it-tkissir ta’ dan is-servizz pubbliku. Inħeġġu wkoll lill-partiti l-oħra biex jgħidulna l-pożizzjoni tagħhom dwar il-bejgħ tal-Maltapost u jekk hux qed jikkunsidraw li l-Maltapost terġa’ lura bħala servizz pubbliku. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri
Editorijal
Il Punt
Rebecca Gatt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|