Ittri | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64
Minn B. Fenech,
Rabat
Kemm kellu raġun Alfred Sant meta esprima l-opinjoni u t-tħassib tiegħu dwar l-isħubija fl-UE akkost ta’ kollox.
Wissa mhux darba dwar żieda fit-taxxi, fil-VAT u dwar il-ħaddiema barranin. Wissa wkoll dwar l-għoli tal-ħajja, iż-żieda fil-prezzijiet ta’ ċereali u tal-bini, dwar l-għeluq tal-fabbriki u l-lukandi, dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank, tal-lottu, l-MIA, il-Maltacom u s-SeaMalta fost oħrajn. Kien wissa wkoll dwar il-hedging u dwar is-sitwazzjoni ta’ l-Airmalta.
Illum għandna Gvern li ħarbat il-Kaxxa ta’ Malta bid-dejn li llum jgħodd mat-€3 biljun.
Il-Gvern tal-PN jiftaħar li ħadna mat-€800 miljun mill-fondi ta’ l-UE. Fil-verità ħadna €500 miljun għax €300 miljun huma l-kontribuzzjoni tagħna lill-Unjoni.
Din is-somma trid tinqasam fuq medda ta’ seba’ snin biex l-ammont annwali jinżel għal Lm30 miljun. Dak gwadann!
Il-Gvern biegħ l-assi nazzjonali li kienu jħallu mijiet tal-miljuni tal-liri għal Lm30 miljun fis-sena.
Però issa wasal iż-żmien biex Alfred Sant jerġa’ jmexxi lil dan il-pajjiż ħalli joħloq ix-xogħol, il-proġetti, jagħti spinta lit-turiżmu, jiżgura ambjent aħjar u nieħdu l-vera għajnuna mill-UE apparti l-ikbar sfida li jeqred il-korruzzjoni. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri
Editorijal
Il Punt
Rebecca Gatt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|