Ittri | 20 ta’ Jannar 2008 Nr 64
Minn Edward Decelis,
Segretarju Ġenerali,
Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti,
Mosta
Ftit tax-xhur ilu l-Birdlife Malta bagħtet ittri u ħeġġet liż-żewġ partiti ewlenin biex jiddikjaraw magħha l-pożizzjoni tagħhom fuq il-prattika tal-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa.
Biex jidhru li għandhom argumenti validi, anki jekk fil-fatt huma nfantili, ġibdu magħhom lil Stavros Dimas, Kummissarju għall-Ambjent fl-Unjoni Ewropea biex ikun ta’ wens għalihom.
Din il-forma ta’ theddid minn naħa tal-Birdlife fil-konfront taż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna turi kemm din l-għaqda tħaddan elementi estremi u ’l bogħod minn kull sens loġiku.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti bl-aktar mod ċivili u onest ukoll se jikteb liż-żewġ partiti ewlenin. Imma mhux fuq l-avviż finali li l-Kummissjoni Ewropea (KE) tat lil Malta, imma fuq il-pożizzjoni tagħhom jekk ikunu fil-Gvern ftit tal-ġimgħat oħra.
Il-kaċċaturi u n-nassaba jridu jkunu jafu minn issa x’se joffru tassew lilhom il-partiti l-kbar fil-manifesti tagħhom biex jitranġaw il-ħmerijiet u n-nofs veritajiet li ntqalu lill-KE u li minħabba fihom kienu imponuti r-regolament inġusti u mhux validi għal pajjiżna.
Il-kwistjoni prinċipali li l-kaċċaturi u n-nassaba se jibqgħu jiġġieldu għaliha hi dik li kienu traduti biha, jiġifieri li l-kaċċa u l-insib ma jibqgħux permessi fir-rebbiegħa.
Il-MKNA ma jeskludix il-fatt li jista’ jieħu xi forma ta’ pożizzjoni fil-konfront ta’ l-istess Birdlife Malta. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Mary Spiteri
Editorijal
Il Punt
Rebecca Gatt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|