MediaToday

Aħbarijiet | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63

X’minnu l-abbati ta’ Triq il-Merkanti?

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Wisq probabbli matul is-snin kulħadd innutah dak l-abbati ċkejken ħdejn il-Knisja ta’ San Ġakbu (ħdejn il-YTC) li ta’ kuljum joħroġ jiġbor b’kaxxa f’idu bil-kitba ‘Għinni nsir qassis’ fuqha.
Issa ilu nieqes minn Triq il-Merkanti għal dawn l-aħħar xahrejn wara li tifel żgħir iddendel miegħu biex jitfagħlu l-flus fil-kaxxa. Sfortunatament
it-tifel waqqgħu fuqu u spiċċa faqagħlu wiċċu. Il-povru abbati spiċċa b’moħħu mtajjar u bil-qurriegħa u b’imnieħru fuq il-bankina.
Min-nofs Novembru li għadda l-istatwa ngħatat lil restawratur biex jirranġalha wiċċha, neħħilha l-kisi li kellha tal-hard metal u kif kien fid-dawra ipprova jsibilha għajn oħra tal-ħġieġ peress li kienet tilfet waħda minnhom maż-żmien.
L-istorja ta’ dan l-abbati liebes libsa ħamra minn taħt u spellizza bajda fuqha tmur lura għall-Ħamsinijiet. Kien wieħed minn tlieta li saru u hu l-uniku wieħed li fadal. L-istatwa magħmula mill-kartapesta u mill-ġibs u minn ġewwa hi vojta. Infatti l-flus li jintefgħu fil-kaxxa jibqgħu neżlin fil-kexxun li għandha fil-qiegħ u wara jibqgħu sejrin is-seminarju.
It-tliet statwi kienu saru mill-għaqda Prosacerdotibus Christi (Għal saċerdoti ta’ Kristu) li twaqqfet minn Alwiġ Micallef f’dak iż-żmien. Hu kien waqqafha biex jinstabu aktar ġuvintur bil-vokazzjoni li jsiru qassisin imma li ma kellhomx flus għall-istudji tagħhom.
Sa ħmistax oħra l-istatwa għandha titlesta u terġa’ tkun fit-triq tiġbor għas-seminaristi.

Intervista
Fuq Alfred Sant, l-ewro u l-patrunaġġ politiku

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef


Editorijal

L-iżball ta' l-NECC


Il Punt
Iċċensurawni please!
John Zammit

TONI U PEPPI
Fejn tibda u tieqaf il-ħajja pubblika tal-politiku?


Emmanuel Micallef
Il-buffet elettorali


Carmelo Mifsud Bonnici

“The Audacity of Hope”



X'kien Jgħid
L-alternanza



Wenzu Mintoff

F'ġieh Sant'Iermu


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075