Aħbarijiet | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63
Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet biex ifakkru d-dħul ta’ Malta fiż-żona ewro ntlaħqu lbieraħ meta dinjitarji Ewropej fosthom il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew kienu mistiedna għal kunċert mill-Orkestra Nazzjonali f’Dar il-Mediterran.
Fil-kunċert ipparteċipaw ukoll is-Sopran Miriam Gauci u t-Tenur Joseph Calleja.
F’indirizz lill-istampa iktar kmieni filgħodu, il-President tal-KE Jose Manuel Barroso sostna li l-ewro hi ta’ benefiċċju għall-kummerċ u l-konsumaturi Ewropej u li issa ank il-Maltin jistgħu jibbenefikaw minn dan.
Barroso ltaqa’ mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’Kastilja mbagħad żar il-fiera dwar l-Ewropa f’Bieb il-Belt flimkien mar-rappreżentanta tal-KE f’Malta, Joanna Drake.
Id-dinjitarji kienu mistiedna wkoll għal pranzu statali fil-Palazz tal-Verdala. |
|
Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef
Editorijal
Il Punt
John Zammit
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|