Aħbarijiet | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
L-impjegati kollha ta’ l-imprenditur Anglu Xuereb irċevew ittra f’Novembru li għadda tinkoraġġihom japplikaw bħala Assistenti Kummissjunarji għall-partit Azzjoni Nazzjonali waqt l-elezzjoni ġenerali.
Xuereb hu l-Viċi Kap ta’ AN u flimkien ma’ Josie Muscat hu l-fundatur ta’ dan il-partit ġdid.
Iżda mistoqsi jekk din l-ittra li kellha magħha wkoll fuljett politiku marbut mal-kampanja personali ta’ Xuereb setgħetx tinftiehem bħala pressjoni fuq il-ħaddiema tiegħu, l-imprenditur sostna li seta’ japplika min ried.
“Fuq kollox dawn se jitħallsu mill-Gvern. Kulma għamilt hu li tajthom iċ-ċans biex japplikaw iżda biss min irid. Għidtilhom ċar u tond li m’hemmx obbligazzjoni,” qal Xuereb.
L-ittra ntbagħtet f’Novembru biex tinforma lill-ħaddiema ta’ Xuereb li se jieħu sehem fl-elezzjoni ġenerali mal-partit Azzjoni Nazzjonali. Fl-ittra ntqal li “biex inħejju u nagħmlu xogħolna tajjeb f’din l-okkażjoni importanti għal pajjiżna, il-Partit għandu bżonn is-servizz ta’ numru ta’ Assistant Commissioners.”
Tgħid ukoll li “bħala kollega fil-kumpanija, qiegħed nagħtik il-preferenza qabel persuni oħra.”
Fl-ittra Xuereb qal lill-ħaddiema biex “bl-ebda mod m’għandek tħoss li din hi xi forma ta’ pressjoni fuqek.”
Ma’ l-ittra kien hemm ukoll fuljett tal-kampanja politika ta’ Xuereb.
Fil-kumpaniji li hu involut fihom Xuereb hemm jaħdmu madwar 600 impjegat. Mistoqsi jekk jafx kemm-il persuna wieġbet għall-ittra Xuereb qal li hu ma jkollux din l-informazzjoni peress li l-korrispondenza tmur direttament fl-uffiċċju tal-partit. |
|
Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef
Editorijal
Il Punt
John Zammit
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|